+Artikolu 21 1.

Artikolu 21 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi adatti jissorveljaw:

(a) 

l-iskariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban biex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji tal-Parti B tal-Anness I f'konformità mal-metodi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati mniżżla fil-Parti C tal-Anness I; dak il-monitoraġġ għandu jinkludi t-tagħbijiet u l-konċentrazzjonijiet tal-parametri elenkati fil-Parti B tal-Anness I;

(b) 

l-ammonti, il-kompożizzjoni u d-destinazzjoni tal-ħama, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tad-Direttiva 86/278/KEE għall-ħama maħsub biex jintuża fl-agrikoltura;

(c) 

il-kwantitajiet fis-sena u fix-xahar tal-ilma mormi urban użat mill-ġdid fl-irrigazzjoni agrikola li jkun soġġett għal deroga msemmija fl-Artikolu 15(1); il-kontenut ta' nutrijenti tal-frazzjoni ta’ ilma mormi urban użat mill-ġdid għat-tisqija agrikola u l-perjodu li matulu dik il-frazzjoni tintuża mill-ġdid imqabbel ma' kemm għandhom bżonn ilma u nutrijenti fix-xahar l-għelejjel fil-mira ta' dak l-ilma mormi urban użat mill-ġdid;

(d) 

il-gassijiet b’effett ta’ serra, inkluż mill-inqas CO2, N2O, CH4 emessi minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban ta' 10 000  e.p. u aktar, permezz ta' analiżi, kalkoli jew immudellar, fejn ikun xieraq;

(e) 

l-enerġija użata u prodotta mis-sidien tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jitrattaw tagħbija ta' 10 000 p.e u aktar, jew mill-operaturi ta’ tali impjanti, irrispettivament minn jekk tintużax jew tiġix iġġenerata fuq il-post jew mhux fuq il-post, f'konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 11(2), kif ukoll l-enerġija mixtrija skont id-derogi msemmija fl-Artikolu 11(3)u (4).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.