+Artikolu 21 Monitoraġġ
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
|
Artikolu 21 Monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi adatti jissorveljaw:
(a)
l-iskariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban biex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji tal-Parti B tal-Anness I f'konformità mal-metodi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-riżultati mniżżla fil-Parti C tal-Anness I; dak il-monitoraġġ għandu jinkludi t-tagħbijiet u l-konċentrazzjonijiet tal-parametri elenkati fil-Parti B tal-Anness I;
(b)
l-ammonti, il-kompożizzjoni u d-destinazzjoni tal-ħama, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tad-Direttiva 86/278/KEE għall-ħama maħsub biex jintuża fl-agrikoltura;
(c)
il-kwantitajiet fis-sena u fix-xahar tal-ilma mormi urban użat mill-ġdid fl-irrigazzjoni agrikola li jkun soġġett għal deroga msemmija fl-Artikolu 15(1); il-kontenut ta' nutrijenti tal-frazzjoni ta’ ilma mormi urban użat mill-ġdid għat-tisqija agrikola u l-perjodu li matulu dik il-frazzjoni tintuża mill-ġdid imqabbel ma' kemm għandhom bżonn ilma u nutrijenti fix-xahar l-għelejjel fil-mira ta' dak l-ilma mormi urban użat mill-ġdid;
(d)
il-gassijiet b’effett ta’ serra, inkluż mill-inqas CO2, N2O, CH4 emessi minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban ta' 10 000 e.p. u aktar, permezz ta' analiżi, kalkoli jew immudellar, fejn ikun xieraq;
(e)
l-enerġija użata u prodotta mis-sidien tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban li jitrattaw tagħbija ta' 10 000 p.e u aktar, jew mill-operaturi ta’ tali impjanti, irrispettivament minn jekk tintużax jew tiġix iġġenerata fuq il-post jew mhux fuq il-post, f'konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 11(2), kif ukoll l-enerġija mixtrija skont id-derogi msemmija fl-Artikolu 11(3)u (4).
|
|
Artikolu 21 2.
|
Għall-agglomerazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikoli 5(1) u (3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi xierqa jew l-operaturi tas-sistema tal-ġbir iwettqu monitoraġġ rappreżentattiv f'punti rilevanti, ta' tifwir tal-ilma tal-maltemp fil-korpi tal-ilma u tal-iskariki ta' ilma tax-xeba' urban minn sistemi separati, sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw il-konċentrazzjoni u t-tagħbijiet tal-parametri elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness I, u, fejn ikun rilevanti, fit-Tabella 2, kif ukoll il-kontenut ta' mikroplastiċi u sustanzi niġġiesa rilevanti. L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżultati ta' dak il-monitoraġġ għall-finijiet tal-immudellar fejn xieraq.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' 10 000 e.p. u aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi xierqa jimmonitorjaw, fid-dħul u fl-iżbokk tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, il-konċentrazzjoni u t-tagħbijiet tal-elementi li ġejjin fl-ilma mormi urban:
(a)
sustanzi niġġiesa li x'aktarx jinstabu fl-ilma mormi urban elenkati fi:
(i)
fl-Annessi VIII u X tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE, l-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE u l-Parti B tal-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE;
(ii)
l-Anness tad-Deċiżjoni 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
);
(iii)
l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006;
(iv)
l-Annessi I u II tad-Direttiva 86/278/KEE;
(b)
il-parametri elenkati fil-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2020/2184, fejn l-ilma mormi urban jiġi skarikat f'baċin idrografiku msemmi fl-Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva; li taħtu, għal Sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS) l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw parametru wieħed jew iż-żewġ parametri “PFAS Total” u “Somma tal-PFAS” meta tkun disponibbli metodoloġija f'konformità mal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5;
(c)
il-parametri elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/7/KE fejn ikun hemm skariki diretti minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban fl-ilma għall-għawm matul l-istaġun tal-għawm li jistgħu jipprevjenu l-konformità mad-Direttiva 2006/7/KE;
(d)
il-preżenza ta’ mikroplastiċi.
Is-sustanzi niġġiesa u l-parametri elenkati msemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jiġu esklużi mill-monitoraġġ imsemmi f’dan il-paragrafu dment li jkun jista' jintwera, fost l-oħrajn abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ, li ma jkunux preżenti fl-ilma mormi urban. Għall-agglomerazzjonijiet kollha ta' aktar minn 10 000 e.p., l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi xierqa jimmonitorjaw il-preżenza ta' mikroplastiċi fil-ħama meta jkun rilevanti u, b'mod partikolari, meta jintuża mill-ġdid fl-agrikoltura. Il-monitoraġġ imsemmi f’dan il-paragrafu għandu jitwettaq bil-frekwenzi li ġejjin:
(a)
mill-inqas żewġ kampjuni fis-sena, b'massimu ta' sitt xhur bejn il-kampjuni, għal agglomerazzjonijiet ta' 150 000 e.p. u aktar;
(b)
mill-inqas kampjun kull sentejn għal agglomerazzjonijiet ta' bejn 10 000 e.p. u 150 000 e.p.
Dawk il-frekwenzi tal-monitoraġġ jistgħu jitnaqqsu bin-nofs fis-snin ta’ wara jekk ir-riżultati tal-monitoraġġ għas-sustanzi niġġiesa msemmija f’dan il-paragrafu jkunu aktar baxxi mill-istandards tal-kwalità ambjentali applikabbli skont id-Direttiva 2008/105/KE fi tliet kampjuni suċċessivi. Il-frekwenzi tal-monitoraġġ għandhom jiġu rieżaminati mill-inqas kull sena.
|
|
Artikolu 21 4.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi metodoloġiji għall-kejl, l-istima u l-immudellar tal-emissjonijiet diretti u indiretti tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban, u l-mikroplastiċi fl-ilma mormi urban u fil-ħama. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sat-2 ta’ Lulju 2027 f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
|
Artikolu 21 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi metodoloġija għall-kejl ta' “PFAS Totali” u “Somma ta' PFAS” fl-ilma mormi urban. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sat-2 ta’ Jannar 2027 f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
|
Artikolu 21 6.
|
Abbażi tar-rapport tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika lista minima ta' sustanzi niġġiesa rilevanti li x'aktarx jinstabu fl-ilma mormi urban u biex tiżviluppa metodoloġija għall-identifikazzjoni tas-sustanzi niġġiesa rilevanti li x'aktarx jinstabu fl-ilma mormi urban, filwaqt li tikkunsidra l-kundizzjonijiet lokali u l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni kif ukoll il-kriterji u l-frekwenza għar-reviżjoni tal-esklużjoni ta' xi sustanzi niġġiesa kif imniżżel fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|