|
+Artikolu 24 2. |
Artikolu 24 2.Barra minn hekk, meta l-kostijiet jiġu rkuprati totalment jew parzjalment permezz ta' sistema ta' tariffi tal-ilma, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unitajiet domestiċi kollha f'agglomerazzjonijiet ta' aktar minn 10 000 e.p., u preferibbilment ta' aktar minn 1 000 e.p., konnessi ma' sistemi tal-ġbir jirċievu regolarment u mill-inqas darba f'sena, fl-aktar forma xierqa u faċilment aċċessibbli, pereżempju fuq l-irċevuta tagħhom, meta disponibbli, jew b'mezzi diġitali bħal applikazzjonijiet intelliġenti jew siti web, mingħajr ma jkollhom jitolbuha, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
informazzjoni dwar il-konformità tal-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi urban mal-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 8, inkluż tqabbil bejn ir-rilaxxi attwali ta' sustanzi niġġiesa fl-ilmijiet riċeventi mal-valuri ta' limitu stipulati fil-Parti B u t-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness I; dik l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod li jippermetti tqabbil faċli, pereżempju fil-forma ta' perċentwal ta' konformità;
(b)
il-volum jew il-volum stmat tal-ilma mormi urban miġbur u ttrattat kull sena jew għal kull perjodu ta' fatturazzjoni għall-unità domestika jew għall-entità konnessa f'metri kubi, flimkien max-xejriet u l-prezz tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi urban għal dik l-unità domestika (kost għal kull litru u għal kull metru kubu);
(c)
tqabbil tal-volum annwali ta' ilma mormi urban miġbur u ttrattat għall-unità domestika kull sena u indikazzjoni tal-volum medju ta' unità domestika fl-agglomerazzjoni kkonċernata;
(d)
link għall-kontenut online imsemmi fil-paragrafu 1. Meta l-informazzjoni dwar l-użu individwali ma tkunx disponibbli, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) għandha tiġi pprovduta fil-livell tal-agglomerazzjoni b'mod faċli għall-utent permezz ta' sit web jew applikazzjoni intelliġenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|