+Artikolu 24 Informazzjoni għall-pubbliku
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.

Artikolu 24 Informazzjoni għall-pubbliku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal kull agglomerazzjoni ta' aktar minn 1 000  e.p. jew għal kull żona amministrattiva rilevanti l-pubbliku jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu informazzjoni online adegwata, faċilment aċċessibbli u aġġornata dwar il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi urban, b'mod faċli għall-utent u personalizzata. L-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas id-data elenkata fl-Anness VI.

Fuq talba ġustifikata, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta wkoll b'mezzi oħra.

Artikolu 24 2.

Barra minn hekk, meta l-kostijiet jiġu rkuprati totalment jew parzjalment permezz ta' sistema ta' tariffi tal-ilma, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unitajiet domestiċi kollha f'agglomerazzjonijiet ta' aktar minn 10 000  e.p., u preferibbilment ta' aktar minn 1 000  e.p., konnessi ma' sistemi tal-ġbir jirċievu regolarment u mill-inqas darba f'sena, fl-aktar forma xierqa u faċilment aċċessibbli, pereżempju fuq l-irċevuta tagħhom, meta disponibbli, jew b'mezzi diġitali bħal applikazzjonijiet intelliġenti jew siti web, mingħajr ma jkollhom jitolbuha, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

informazzjoni dwar il-konformità tal-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi urban mal-Artikoli 3, 4, 6, 7 u 8, inkluż tqabbil bejn ir-rilaxxi attwali ta' sustanzi niġġiesa fl-ilmijiet riċeventi mal-valuri ta' limitu stipulati fil-Parti B u t-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness I; dik l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod li jippermetti tqabbil faċli, pereżempju fil-forma ta' perċentwal ta' konformità;

(b) 

il-volum jew il-volum stmat tal-ilma mormi urban miġbur u ttrattat kull sena jew għal kull perjodu ta' fatturazzjoni għall-unità domestika jew għall-entità konnessa f'metri kubi, flimkien max-xejriet u l-prezz tal-ġbir u tat-trattament tal-ilma mormi urban għal dik l-unità domestika (kost għal kull litru u għal kull metru kubu);

(c) 

tqabbil tal-volum annwali ta' ilma mormi urban miġbur u ttrattat għall-unità domestika kull sena u indikazzjoni tal-volum medju ta' unità domestika fl-agglomerazzjoni kkonċernata;

(d) 

link għall-kontenut online imsemmi fil-paragrafu 1.

Meta l-informazzjoni dwar l-użu individwali ma tkunx disponibbli, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) għandha tiġi pprovduta fil-livell tal-agglomerazzjoni b'mod faċli għall-utent permezz ta' sit web jew applikazzjoni intelliġenti.

Artikolu 24 3.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Anness VI billi taġġorna l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-pubbliku online u lill-unitajiet domestiċi konnessi ma' sistemi tal-ġbir sabiex tadatta dawk ir-rekwiżiti għall-progress tekniku u d-disponibbiltà tad-data fil-qasam.
Artikolu 24 4.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format u l-metodi tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f'konformità mal-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.