+Artikolu 30 Evalwazzjoni
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
|
Artikolu 30 Evalwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Sal-31 ta' Diċembru 2033 u sal-31 ta' Diċembru 2040, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi b'mod partikolari tal-elementi li ġejjin:
(a)
l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;
(b)
is-settijiet ta' data msemmija fl-Artikolu 22(1);
(c)
data xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti, inkluż ir-riżultati minn proġetti ta' riċerka ffinanzjati mill-Unjoni;
(d)
ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO, meta jkunu disponibbli.
Dik l-evalwazzjoni għandha, bħala minimu, tinkludi analiżi ta':
(a)
l-adegwatezza tal-parametri tas-saħħa pubblika msemmija fl-Artikolu 17(1) li għandhom jiġu mmonitorjati mill-Istati Membri;
(b)
il-valur miżjud tal-monitoraġġ obbligatorju ta' parametri speċifiċi tas-saħħa pubblika;
(c)
il-possibbiltà li l-lista ta' prodotti li għandhom jiġu koperti mir-responsabbiltà estiża tal-produttur ikollha bżonn tiġi adattata għall-evoluzzjoni tal-firxa ta' prodotti introdotti fis-suq, għarfien imtejjeb dwar il-preżenza ta' mikrosustanzi niġġiesa fl-ilma mormi urban, l-impatti tagħhom fuq l-ambjent u is-saħħa pubblika, id-data li tirriżulta mill-obbligi l-ġodda ta' monitoraġġ fuq il-mikrosustanzi niġġiesa fid-dħul u fl-iżbokki tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u analiżi tal-ħtieġa li tiġi riveduta l-kundizzjoni għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fl-Artikolu 9(2), il-punt (a);
(d)
il-valur miżjud u l-adegwatezza li jkunu mitluba pjanijiet nazzjonali obbligatorji għall-użu mill-ġdid tal-ilma, inkluż miri u miżuri nazzjonali, li jqisu l-evoluzzjoni tal-politiki u l-liġi tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-ilma;
(e)
l-objettiv tan-newtralità enerġetika sabiex jiġu analizzati l-fattibbiltà teknika u ekonomika u l-benefiċċji ambjentali u klimatiċi tal-kisba ta’ livell ogħla ta’ awtonomija enerġetika għas-settur;
(f)
il-possibbiltajiet biex jitkejlu l-emissjonijiet diretti u indiretti ta' gassijiet b’effett ta’ serra emessi mis-settur tal-ilma mormi urban, inkluż emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta’ serra minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 21(1), il-punt (d), u għall-istabbiliment ta' rekwiżiti għall-kejl reali b'rabta mal-monitoraġġ, filwaqt li jitqiesu l-aktar metodoloġiji reċenti għall-kejl tal-emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta’ serra tas-settur tal-ilma mormi urban stabbiliti mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima;
(g)
l-impatti li jista' jkollhom fuq il-funzjonament tas-suq intern ir-rati ta' kontribuzzjoni potenzjalment differenti għall-produtturi stabbiliti mill-Istati Membri u li huma msemmija fl-Artikolu 9(1);
(h)
il-fattibbiltà u l-adegwatezza tal-iżvilupp ta' sistema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għal prodotti li jiġġeneraw PFAS u mikroplastiċi f'ilma mormi urban b'mod partikolari abbażi tad-data ta' monitoraġġ prevista fl-Artikolu 21 dwar il-PFAS u l-mikroplastiċi fid-dħul u l-iżbokki tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban;
(i)
il-possibbiltà li s-settur tat-trattament tal-ilma mormi urban jilħaq in-newtralità klimatika, u ż-żmien meħtieġ biex jagħmel dan;
(j)
il-fattibbiltà u l-adegwatezza li jiġu stabbiliti rati minimi tal-Unjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għan-nitroġenu mill-ħama jew mill-ilma mormi urban, jew it-tnejn.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, akkumpanjat, fejn il-Kummissjoni tqis li dan huwa xieraq, minn proposti leġiżlattivi rilevanti.
|
|
Artikolu 30 2.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|