|
+Artikolu 30 1. |
Artikolu 30 1.Sal-31 ta' Diċembru 2033 u sal-31 ta' Diċembru 2040, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi b'mod partikolari tal-elementi li ġejjin:
(a)
l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;
(b)
is-settijiet ta' data msemmija fl-Artikolu 22(1);
(c)
data xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti, inkluż ir-riżultati minn proġetti ta' riċerka ffinanzjati mill-Unjoni;
(d)
ir-rakkomandazzjonijiet tad-WHO, meta jkunu disponibbli. Dik l-evalwazzjoni għandha, bħala minimu, tinkludi analiżi ta':
(a)
l-adegwatezza tal-parametri tas-saħħa pubblika msemmija fl-Artikolu 17(1) li għandhom jiġu mmonitorjati mill-Istati Membri;
(b)
il-valur miżjud tal-monitoraġġ obbligatorju ta' parametri speċifiċi tas-saħħa pubblika;
(c)
il-possibbiltà li l-lista ta' prodotti li għandhom jiġu koperti mir-responsabbiltà estiża tal-produttur ikollha bżonn tiġi adattata għall-evoluzzjoni tal-firxa ta' prodotti introdotti fis-suq, għarfien imtejjeb dwar il-preżenza ta' mikrosustanzi niġġiesa fl-ilma mormi urban, l-impatti tagħhom fuq l-ambjent u is-saħħa pubblika, id-data li tirriżulta mill-obbligi l-ġodda ta' monitoraġġ fuq il-mikrosustanzi niġġiesa fid-dħul u fl-iżbokki tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban u analiżi tal-ħtieġa li tiġi riveduta l-kundizzjoni għall-eżenzjoni mir-responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fl-Artikolu 9(2), il-punt (a);
(d)
il-valur miżjud u l-adegwatezza li jkunu mitluba pjanijiet nazzjonali obbligatorji għall-użu mill-ġdid tal-ilma, inkluż miri u miżuri nazzjonali, li jqisu l-evoluzzjoni tal-politiki u l-liġi tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-ilma;
(e)
l-objettiv tan-newtralità enerġetika sabiex jiġu analizzati l-fattibbiltà teknika u ekonomika u l-benefiċċji ambjentali u klimatiċi tal-kisba ta’ livell ogħla ta’ awtonomija enerġetika għas-settur;
(f)
il-possibbiltajiet biex jitkejlu l-emissjonijiet diretti u indiretti ta' gassijiet b’effett ta’ serra emessi mis-settur tal-ilma mormi urban, inkluż emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta’ serra minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 21(1), il-punt (d), u għall-istabbiliment ta' rekwiżiti għall-kejl reali b'rabta mal-monitoraġġ, filwaqt li jitqiesu l-aktar metodoloġiji reċenti għall-kejl tal-emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta’ serra tas-settur tal-ilma mormi urban stabbiliti mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima;
(g)
l-impatti li jista' jkollhom fuq il-funzjonament tas-suq intern ir-rati ta' kontribuzzjoni potenzjalment differenti għall-produtturi stabbiliti mill-Istati Membri u li huma msemmija fl-Artikolu 9(1);
(h)
il-fattibbiltà u l-adegwatezza tal-iżvilupp ta' sistema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għal prodotti li jiġġeneraw PFAS u mikroplastiċi f'ilma mormi urban b'mod partikolari abbażi tad-data ta' monitoraġġ prevista fl-Artikolu 21 dwar il-PFAS u l-mikroplastiċi fid-dħul u l-iżbokki tal-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban;
(i)
il-possibbiltà li s-settur tat-trattament tal-ilma mormi urban jilħaq in-newtralità klimatika, u ż-żmien meħtieġ biex jagħmel dan;
(j)
il-fattibbiltà u l-adegwatezza li jiġu stabbiliti rati minimi tal-Unjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għan-nitroġenu mill-ħama jew mill-ilma mormi urban, jew it-tnejn. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, akkumpanjat, fejn il-Kummissjoni tqis li dan huwa xieraq, minn proposti leġiżlattivi rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|