|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.L-operaturi u l-manifatturi ta’ tagħmir li fih 5 tunnellati f’ekwivalenti ta’ CO2 jew aktar ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I jew kilogramma jew aktar ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness II, li mhux inklużi fil-fowms, għandhom jiżguraw li t-tagħmir jiġi vverifikat għal tnixxijiet. Tagħmir issiġillat ermetikament ma għandux jiġi vverifikat għal tnixxijiet sakemm ikun ittikkettat bħala tagħmir issiġillat ermetikament u jikkonforma ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikun fih anqas minn 10 tunnellati f’ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I; jew
(b)
ikun fih anqas minn 2 kilogrammi f’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness II. B’deroga mit-tieni subparagrafu, fejn tagħmir issiġillat ermetikament jiġi installat f’bini residenzjali, huwa ma għandux jiġi vverifikat għal tnixxijiet meta dak it-tagħmir ikun fih inqas minn 3 kilogrammi ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra dment li jkun ittikkettat bħala ssiġillat ermetikament. Il-kommutatur tal-elettriku ma għandux jiġi vverifikat għal tnixxijiet dment li jkun konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikollu rata ta’ tnixxija ttestjata ta’ anqas minn 0,1 % fis-sena kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur u ttikkettat f’dan is-sens;
(b)
ikollu tagħmir li jimmonitorja l-pressjoni jew id-densità b’sistema ta’ twissija awtomatika waqt li jkun qed jitħaddem;
(c)
ikun fih anqas minn 6 kilogrammi f’gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|