|
+Artikolu 7 5. |
Artikolu 7 5.L-impriżi li jipproduċu, inkluż bħala prodott sekondarju, iqiegħdu fis-suq, ifornu jew jirċievu s-sustanzi elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, maħsuba għall-użi eżentati msemmija fl-Artikolu 16(2), għandhom iżommu rekords li jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja, kif applikabbli:
(a)
l-isem tas-sustanza jew tat-taħlita li fiha tali sustanza;
(b)
il-kwantità prodotta, importata, esportata, reklamata jew meqruda matul is-sena kalendarja partikolari;
(c)
il-kwantità fornuta u riċevuta matul is-sena kalendarja partikolari, għal kull fornitur jew riċevitur individwali;
(d)
l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri jew tar-riċevituri;
(e)
il-kwantità użata, matul is-sena kalendarja partikolari u l-ispeċifikazzjoni tal-użu effettiv; u
(f)
il-kwantità maħżuna fl-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja partikolari. L-impriżi għandhom iżommu r-rekords imsemmija fl-ewwel subparagrafu għal mill-inqas 5 snin wara l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista jew l-irċevuta, u għandhom iqiegħduhom għad-dispożizzjoni, fuq talba, tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew tal-Kummissjoni. Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni inkluża f’dawk ir-rekords. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|