+Artikolu 12 Tikkettar u informazzjoni dwar prodott u tagħmir
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 12 9.
---+Artikolu 12 10.
---+Artikolu 12 11.
---+Artikolu 12 12.
---+Artikolu 12 13.
---+Artikolu 12 14.
---+Artikolu 12 15.
---+Artikolu 12 16.
---+Artikolu 12 17.
---+Artikolu 12 18.
|
Artikolu 12 Tikkettar u informazzjoni dwar prodott u tagħmir
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Il-prodotti u t-tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk il-gassijiet, għandhom jitqiegħdu fis-suq u sussegwentement jiġu fornuti u magħmula disponibbli għal kwalunkwe persuna oħra, biss jekk ikunu ttikkettati. Dan japplika għal:
▼B
(a)
tagħmir ta’ refriġerazzjoni;
(b)
tagħmir tal-arja kundizzjonata;
(d)
tagħmir ta’ protezzjoni min-nar;
(f)
dispensur tal-aerosols li jkun fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi inalaturi b’doża mkejla;
(g)
il-kontenituri kollha tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra;
(h)
solventi b’bażi ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra; jew
|
|
Artikolu 12 2.
|
Prodotti jew tagħmir li huma soġġetti għal eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11(5), kif ukoll prodotti jew tagħmir li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, li huma soġġetti għal eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) għandhom ikunu ttikkettati kif xieraq, filwaqt li tiġi speċifikata d-data tat-tmiem tal-eżenzjoni, u għandhom jinkludu referenza li dawk il-prodotti jew tagħmir jistgħu jintużaw biss għall-fini li għalih tkun ingħatat eżenzjoni skont dak l-Artikolu.
|
|
Artikolu 12 3.
|
It-tikketta meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandha tindika l-informazzjoni li ġejja:
(a)
indikazzjoni li l-prodott jew it-tagħmir fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew li l-funzjonament tiegħu jiddependi minn tali gassijiet;
(b)
id-deżinjazzjoni industrijali aċċettata għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra kkonċernati jew, jekk ma tkun disponibbli l-ebda denominazzjoni bħal din, l-isem kimiku;
(c)
mill-1 ta’ Jannar 2017, il-kwantità espressa fil-piż u fl-ekwivalenti tas-CO2 ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li jinsabu fil-prodott jew fit-tagħmir, jew il-kwantità ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li għaliha t-tagħmir huwa ddisinjat, u l-potenzjal ta’ tisħin globali ta’ dawk il-gassijiet.
It-tikketta għandha tindika l-informazzjoni li ġejja, fejn applikabbli:
(a)
referenza li l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jkunu jinsabu f’tagħmir ermetikament issiġillat;
(b)
referenza li l-kommutatur elettriku jkollu rata ta’ tnixxija ttestjata ta’ anqas minn 0,1 % fis-sena kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-manifattur.
Meta l-prodotti jew it-tagħmir ikunu ġew modifikati b’mod retroattiv u l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jkunu nbidlu, dawk il-prodotti jew it-tagħmir għandhom jiġu ttikkettati mill-ġdid b’informazzjoni aġġornata kif imsemmi f’dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 12 4.
|
It-tikketta meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar u għandha titqiegħed jew:
(a)
ħdejn il-punti ta’ servizz għall-iċċarġjar jew għall-irkupru tal-gass fluworurat b’effett ta’ serra; jew
(b)
fuq dik il-parti tal-prodott jew tat-tagħmir li fiha l-gass fluworurat b’effett ta’ serra.
It-tikketta għandha tkun miktuba bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-oġġett għandu jitqiegħed fis-suq, jiġi magħmul disponibbli jew jiġi fornut.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Fowms u polioli mħalltin minn qabel li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Annessi I u II ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq, jiġu magħmula disponibbli jew jiġu fornuti, sakemm il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra ma jkunux identifikati permezz ta’ tikketta li tuża d-denominazzjoni industrijali aċċettata, jew jekk ma tkun disponibbli l-ebda denominazzjoni bħal din, l-isem kimiku. It-tikketta għandha tindika b’mod ċar li l-fowm jew il-poliolu mħallat minn qabel fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra. Fil-każ ta’ pannelli tal-fowm u tal-bordijiet laminati, dik l-informazzjoni għandha tiġi ddikjarata b’mod ċar u li ma jistax jitħassar fuq il-pannelli jew il-bordijiet.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Fejn rilevanti, il-kontenituri li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra mimlija mill-ġdid għandhom jiġu ttikkettati mill-ġdid bl-informazzjoni aġġornata kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 12 7.
|
Kontenituri li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra reklamati jew irriċiklati elenkati fl-Annessi I u II għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni li s-sustanza ġiet reklamata jew irriċiklata. Fil-każ tar-reklamazzjoni, għandha tiġi inkluża informazzjoni dwar in-numru tal-lott u l-isem u l-indirizz tal-faċilità tar-reklamazzjoni fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 12 8.
|
Kontenituri li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u mqegħdin fis-suq, magħmula disponibbli jew fornuti għall-qerda għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni li l-kontenut tal-kontenitur huwa biss għall-qerda.
|
|
Artikolu 12 9.
|
Kontenituri li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u maħsubin għall-esportazzjoni diretta għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni li l-kontenut tal-kontenitur huwa biss għall-esportazzjoni diretta.
|
|
Artikolu 12 10.
|
Kontenituri li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u mqegħdin fis-suq, magħmula disponibbli jew fornuti għall-użu f’tagħmir militari għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni li l-kontenut tal-kontenitur għandu jintuża biss għal dak il-fini.
|
|
Artikolu 12 11.
|
Kontenituri li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Annessi I u II u mqegħdin fis-suq, magħmula disponibbli jew fornuti għall-inċiżjoni ta’ materjal semikonduttur jew għat-tindif ta’ kmamar ta’ depożizzjoni ta’ fwar tal-kimiċi fis-settur tal-manifattura tas-semikondutturi għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni li l-kontenut tal-kontenitur għandu jintuża biss għal dak il-fini.
|
|
Artikolu 12 12.
|
Kontenituri li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Anness I u mqegħdin fis-suq, magħmula disponibbli jew fornuti għall-użu bħala materja prima għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni li l-kontenut tal-kontenitur għandu jintuża bħala materja prima biss.
|
|
Artikolu 12 13.
|
Kontenituri li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, u mqegħdin fis-suq, magħmula disponibbli jew fornuti, għall-produzzjoni ta’ inalaturi b’doża mkejla għall-għoti ta’ ingredjenti farmaċewtiċi għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni li l-kontenut tal-kontenitur għandu jintuża għal dak il-fini biss.
|
|
Artikolu 12 14.
|
Fil-każ ta’ kontenituri li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, it-tikketta msemmija fil-paragrafi 8 sa 12 għandha tinkludi l-indikazzjoni “eżentat mill-kwota skont ir-Regolament (UE) 2024/573 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”. Fin-nuqqas tar-rekwiżiti tat-tikkettar imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u fil-paragrafi 8 sa 12, l-idrofluworokarburi għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-kwota skont l-Artikolu 16(1).
|
|
Artikolu 12 15.
|
Fil-każijiet imsemmija fil-punti 2(b), 4, 5(c), 7(b), (c) u (d), 8(b) sa (e), 9(b) sa (f), 11(c), 16, 17(a), (b) u (c), u 19(a) u (b) tal-Anness IV, il-prodott jew it-tagħmir għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni li għandhom jintużaw biss fejn meħtieġ mir-rekwiżiti ta’ sikurezza jew standards ta’ sikurezza nazzjonali, kif applikabbli. Dawk ir-rekwiżiti jew standards għandhom jiġu speċifikati fuq it-tikketta. Fil-każijiet imsemmija fil-punti 19 u 21 tal-Anness IV, il-prodott jew it-tagħmir għandhom ikunu ttikkettati b’indikazzjoni li l-prodott jew it-tagħmir għandhom jintużaw biss fejn meħtieġ mill-applikazzjoni medika speċifikata fuq it-tikketta.
|
|
Artikolu 12 16.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 5 għandha tiġi inkluża f’manwali ta’ struzzjonijiet għall-prodotti u għat-tagħmir ikkonċernati. Fil-każ ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Annessi I u II b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 150 jew aktar, dik l-informazzjoni għandha tiġi inkluża wkoll fid-deskrizzjonijiet użati għar-reklamar.
|
|
Artikolu 12 17.
|
Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tiddetermina l-format tat-tikketti msemmijin fil-paragrafu 1 u fil-paragrafi 4 sa 15 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 34(2).
|
|
Artikolu 12 18.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex temenda r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 15, ta’ dan l-Artikolu fejn xieraq, fid-dawl ta’ żvilupp kummerċjali jew teknoloġiku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|