+Artikolu 35 Rieżami
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
|
Artikolu 35 Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex temenda l-Annessi I, II, III u VI fir-rigward tal-potenzjal ta’ tisħin globali tal-gassijiet elenkati fihom, meta dan ikun neċessarju fid-dawl ta’ Rapporti ta’ Valutazzjoni ġodda adottati mill-IPCC jew ta’ rapporti ġodda tal-Bord ta’ Valutazzjoni Xjentifika (PSA) tal-Protokoll.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex temenda l-listi ta’ gassijiet fl-Annessi I, II u III, meta jkun instab mill-SAP jew minn awtorità oħra ta’ statura ekwivalenti li tali gassijiet għandhom impatt sinifikanti fuq il-klima u meta tali gassijiet jiġu esportati, importati, prodotti jew imqiegħda fis-suq fi kwantitajiet sinifikanti.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Sal-1 ta’ Lulju 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jivvaluta jekk jeżistux alternattivi kosteffettivi, teknikament fattibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u affidabbli, li jippermettu li l-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jiġu sostitwiti fit-tagħmir mobbli ta’ refriġerazzjoni u tal-arja kondizzjonata, u meta jkun xieraq, tressaq proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex il-lista stabbilita fl-Anness IV tiġi emendata.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Sal-1 ta’ Lulju 2028, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jivvaluta l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq is-settur tas-saħħa, b’mod partikolari d-disponibbiltà tal-inalaturi b’doża mkejla għall-konsenja ta’ ingredjenti farmaċewtiċi, kif ukoll l-impatt fuq is-suq tat-tagħmir tat-tkessiħ użat flimkien mal-batteriji.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Sal-1 ta’ Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni ta’ dan li ġej:
(a)
jekk jeżistux alternattivi kosteffettivi, teknikament fattibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, disponibbli biżżejjed u affidabbli, li jagħmlu s-sostituzzjoni tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra possibbli fil-prodotti u fit-tagħmir elenkati fl-Anness IV koperti minn projbizzjonijiet li jkunu għadhom ma sarux applikabbli fiż-żmien tal-evalwazzjoni, speċjalment prodotti u tagħmir soġġetti għal projbizzjonijiet sħaħ tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi l-kundizzjonaturi tal-arja bil-kondensatur separat u l-pompi tas-sħana;
(b)
l-iżviluppi internazzjonali rilevanti għas-settur tat-trasport marittimu u l-espansjoni potenzjali tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ konteniment għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li jinsabu fit-tagħmir ta’ refriġerazzjoni u arja kondizzjonata tal-bastimenti;
(c)
l-espansjoni potenzjali tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(3), filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, id-disponibbiltà globali potenzjalment akbar ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP baxx jew alternattivi u żviluppi naturali fl-ambitu tal-Protokoll;
(d)
l-inklużjoni potenzjali fir-rekwiżit tal-kwota stabbilit fl-Artikolu 16(1), tal-idrofluworokarburi għall-finijiet elenkati fl-Artikolu 16(2), b’mod partikolari l-idrofluworokarburi fornuti direttament minn produttur jew importatur lil impriża li tużah għall-inċiżjoni ta’ materjal semikonduttur jew għat-tindif tal-kmamar ta’ depożizzjoni ta’ fwar tal-kimiċi fis-settur tal-manifattura tas-semikondutturi;
(e)
ir-riskju ta’ tnaqqis eċċessiv tal-kompetizzjoni fis-suq minħabba l-projbizzjonijiet u l-eċċezzjonijiet relatati skont l-Artikolu 13(9), b’mod partikolari dawk il-kommutaturi tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli ta’ aktar minn 145 kV jew aktar minn 50 kA ta’ kurrent b’ċirkwit qasir.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva, li tista’ tinkludi emendi għall-Anness IV, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 35 6.
|
Qabel l-1 ta’ Jannar 2040, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-ħtiġijiet ta’ idrofluworokarburi fis-setturi fejn ikunu għadhom jintużaw u l-eliminazzjoni gradwali tal-kwoti tal-HFC stabbiliti fl-Anness VII għas-sena 2050, b’mod partikolari, filwaqt li tqis l-iżviluppi teknoloġiċi, id-disponibbiltà ta’ alternattivi għall-idrofluworokarburi għall-applikazzjonijiet rilevanti u l-miri klimatiċi tal-Unjoni. Meta jkun xieraq, ir-rieżami għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 35 7.
|
Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
), jista’, fuq inizjattiva proprja, jipprovdi parir xjentifiku u joħroġ rapporti dwar il-koerenza ta’ dan ir-Regolament mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1119 u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Pariġi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|