|
+Artikolu 35 5. |
Artikolu 35 5.Sal-1 ta’ Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni ta’ dan li ġej:
(a)
jekk jeżistux alternattivi kosteffettivi, teknikament fattibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, disponibbli biżżejjed u affidabbli, li jagħmlu s-sostituzzjoni tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra possibbli fil-prodotti u fit-tagħmir elenkati fl-Anness IV koperti minn projbizzjonijiet li jkunu għadhom ma sarux applikabbli fiż-żmien tal-evalwazzjoni, speċjalment prodotti u tagħmir soġġetti għal projbizzjonijiet sħaħ tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, inklużi l-kundizzjonaturi tal-arja bil-kondensatur separat u l-pompi tas-sħana;
(b)
l-iżviluppi internazzjonali rilevanti għas-settur tat-trasport marittimu u l-espansjoni potenzjali tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ konteniment għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra li jinsabu fit-tagħmir ta’ refriġerazzjoni u arja kondizzjonata tal-bastimenti;
(c)
l-espansjoni potenzjali tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(3), filwaqt li titqies, fost l-oħrajn, id-disponibbiltà globali potenzjalment akbar ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jkun fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP baxx jew alternattivi u żviluppi naturali fl-ambitu tal-Protokoll;
(d)
l-inklużjoni potenzjali fir-rekwiżit tal-kwota stabbilit fl-Artikolu 16(1), tal-idrofluworokarburi għall-finijiet elenkati fl-Artikolu 16(2), b’mod partikolari l-idrofluworokarburi fornuti direttament minn produttur jew importatur lil impriża li tużah għall-inċiżjoni ta’ materjal semikonduttur jew għat-tindif tal-kmamar ta’ depożizzjoni ta’ fwar tal-kimiċi fis-settur tal-manifattura tas-semikondutturi;
(e)
ir-riskju ta’ tnaqqis eċċessiv tal-kompetizzjoni fis-suq minħabba l-projbizzjonijiet u l-eċċezzjonijiet relatati skont l-Artikolu 13(9), b’mod partikolari dawk il-kommutaturi tal-elettriku ta’ vultaġġ għoli ta’ aktar minn 145 kV jew aktar minn 50 kA ta’ kurrent b’ċirkwit qasir. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva, li tista’ tinkludi emendi għall-Anness IV, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|