+ANNESS VII Il-kwantitajiet massimi u l-kalkolu tal-valuri u l-kwota ta’ referenza għat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi msemmija fl-Artikolu 17

ANNESS VII Il-kwantitajiet massimi u l-kalkolu tal-valuri u l-kwota ta’ referenza għat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi msemmija fl-Artikolu 17




ANNESS VII

Il-kwantitajiet massimi u l-kalkolu tal-valuri u l-kwota ta’ referenza għat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi msemmija fl-Artikolu 17

(1) L-ammont massimu ta’ idrofluworokarburi li jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni f’sena partikolari huwa stabbilit kif ġej:



Snin

Kwantità Massima f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2

2025 — 2026

42 874 410

2027 — 2029

21 665 691

2030 — 2032

9 132 097

2033 — 2035

8 445 713

2036 — 2038

6 782 265

2039 — 2041

6 136 732

2042 — 2044

5 491 199

2045 — 2047

4 845 666

2048 — 2049

4 200 133

2050 ’il quddiem

0

(2) Il-valur bażi tal-2015 għall-kwantità massima huwa stabbilit bħala: 176 700 479 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

(3) Il-valuri u l-kwota ta’ referenza għat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi msemmija fl-Artikoli 16 u 17 għandhom jiġu kkalkolati bħala l-kwantitajiet aggregati tal-idrofluworokarburi kollha, espressi f’tunnellata/i ta’ ekwivalenti ta’ CO2 aġġustati għall-eqreb tunnellata.

(4) Kull produttur u importatur għandu jirċievi valuri ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 17(1), ikkalkolati kif ġej:

(a) 

valur ta’ referenza għat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi bbażat fuq il-medja annwali tal-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi mqiegħda legalment fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2015 kif irrapportat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament għas-snin disponibbli, u filwaqt li jitqiesu t-trasferimenti riċevuti, mingħajr l-inklużjoni ta’ kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi għall-użi msemmija fl-Artikolu 26(5) ta’ dan ir-Regolament matul l-istess perjodu, abbażi tad-data disponibbli.

(b) 

barra minn hekk, għall-produtturi u għall-importaturi li rrapportaw it-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi għall-użu msemmi fl-Artikolu 26(5), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament, valur ta’ referenza bbażat fuq il-medja annwali tal-kwantitajiet ta’ dawk l-idrofluworokarburi għal tali użu mqiegħda legalment fis-suq mill-1 ta’ Jannar 2020 kif irrapportat skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u tal-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament għas-snin disponibbli, abbażi tad-data disponibbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0573
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.