|
+ANNESS VIII Mekkaniżmu ta’ allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 17 |
ANNESS VIII Mekkaniżmu ta’ allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 17
ANNESS VIII Mekkaniżmu ta’ allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 17 (1) Determinazzjoni tal-kwantità li għandha tiġi allokata lill-impriżi li għalihom ikunu ġew stabbiliti valuri ta’ referenza skont l-Artikolu 17(1). Kull impriża li għaliha jkunu ġew stabbiliti valuri ta’ referenza tirċievi kwota, li hija kkalkolata kif ġej:
(a)
kwota li tikkorrispondi għal 89 % tal-valur ta’ referenza msemmi fl-Anness VII, il-punt 4(a), immultiplikat bil-kwantità massima għas-sena li għaliha tiġi allokata l-kwota, diviża bil-valur bażi ta’ 176 700 479 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ( 11 ); u
(b)
meta jkun rilevanti, kwota li tikkorrispondi għall-valur ta’ referenza msemmi fl-Anness VII, il-punt 4(b). Mill-2027, tali kwota tinkiseb billi jiġi mmultiplikat il-valur referenzjarju b’fattur ta’ 0,85. Mill-2030, tali kwota tikkorrispondi għall-valur referenzjarju mmultiplikat bil-kwantità massima għas-sena li għaliha tiġi allokata l-kwota diviża bil-kwantità massima għas-sena 2025. Meta, wara li jiġi allokat l-ammont sħiħ tal-kwota kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, tinqabeż il-kwantità massima, il-kwota kollha titnaqqas b’mod proporzjonali. (2) Determinazzjoni tal-kwota li għandha tiġi allokata lill-impriżi li jkunu ppreżentaw dikjarazzjoni skont l-Artikolu 17(3). Is-somma totali tal-kwota allokata skont il-punt 1 titnaqqas mill-kwantità massima għas-sena partikolari stabbilita fl-Anness VII biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ riżerva li għandu jiġi allokat lill-impriżi, li jkunu ppreżentaw dikjarazzjoni skont l-Artikolu 17(3). Kull impriża tirċievi allokazzjoni li tikkorrispondi għal sehem pro rata tar-riżerva. Is-sehem pro rata jiġi kkalkolat billi n-numru 100 jiġi diviż bl-għadd ta’ impriżi li ppreżentaw dikjarazzjoni. (3) Il-penali stabbiliti skont l-Artikolu 31 jitqiesu fil-kalkoli msemmija hawn fuq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|