+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)
---+Artikolu 3 (15)
---+Artikolu 3 (16)
---+Artikolu 3 (17)
---+Artikolu 3 (18)
---+Artikolu 3 (19)

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (1)

“materja prima” tfisser kwalunkwe sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tkun kompletament mibdula mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha u li l-emissjonijiet tagħha ma jkunux sinifikanti;

Artikolu 3 (2)

“aġenti ta’ proċess” tfisser kwalunkwe sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu użata bħala aġent kimiku ta’ proċess fl-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III;

Artikolu 3 (3)

“importazzjoni” tfisser id-dħul ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fit-territorju doganali tal-Unjoni, sa fejn it-territorju huwa kopert minn ratifika tal-Protokoll ta’ Montreal tal-1987 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (il-“Protokoll”), u tinkludi l-ħażna temporanja u l-proċeduri doganali msemmijin fl-Artikoli 201 u 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

Artikolu 3 (4)

“esportazzjoni” tfisser il-ħruġ ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mit-territorju doganali tal-Unjoni, sa fejn it-territorju jkun kopert minn ratifika tal-Protokoll;

Artikolu 3 (5)

“tqegħid fis-suq” tfisser ir-rilaxx doganali għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew il-forniment jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni, għall-ewwel darba, bi ħlas jew mingħajr ħlas, jew l-użu ta’ sustanzi prodotti, jew ta’ prodotti jew ta’ tagħmir manifatturati, għall-użu proprju;

Artikolu 3 (6)

“użu” tfisser, fir-rigward ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, l-utilizzazzjoni fil-produzzjoni, fil-manutenzjoni jew fis-servizzjar, inkluż il-mili mill-ġdid tal-prodotti u tat-tagħmir, jew f’attivitajiet u proċessi oħrajn imsemmijin f’dan ir-Regolament;

Artikolu 3 (7)

“produttur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-Unjoni;

Artikolu 3 (8)

“irkupru” tfisser il-ġbir u l-ħżin ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu minn kontenituri, prodotti u tagħmir waqt il-manutenzjoni jew is-servizzjar jew qabel ir-rimi tal-kontenituri, prodotti jew tat-tagħmir;

Artikolu 3 (9)

“riċiklaġġ” tfisser l-użu mill-ġdid ta’ sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu rkuprata wara proċess bażiku ta’ tindif, inklużi l-filtrazzjoni u t-tnixxif;

Artikolu 3 (10)

“reklamazzjoni” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid ta’ sustanza rkuprata li tnaqqas is-saff tal-ożonu għall-prestazzjoni ekwivalenti ta’ sustanza verġni, filwaqt li jitqies l-użu intenzjonat tagħha, f’faċilitajiet ta’ reklamazzjoni awtorizzati li għandhom it-tagħmir u l-proċeduri xierqa fis-seħħ biex jippermettu r-reklamazzjoni ta’ tali sustanzi u li jistgħu jivvalutaw u jaffermaw il-livell tal-kwalità meħtieġa;

Artikolu 3 (11)

“impriża” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attività msemmija f’dan ir-Regolament;

Artikolu 3 (12)

“kontenitur” tfisser reċipjent li hu ddisinjat primarjament għat-trasport jew għall-ħżin ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

Artikolu 3 (13)

“prodotti u tagħmir” tfisser il-prodotti u t-tagħmir kollha, inklużi partijiet tagħhom, minbarra l-kontenituri, użati biex jiġu ttrasportati jew jinħażnu sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

Artikolu 3 (14)

“sustanza verġni” tfisser sustanza li ma ntużatx preċedentement;

Artikolu 3 (15)

“dekummissjonar” tfisser it-tneħħija permanenti mit-tħaddim jew mill-użu ta’ prodott jew ta’ tagħmir, li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, inkluż it-tifi finali ta’ faċilità;

Artikolu 3 (16)

“qerda” tfisser il-proċess ta’ trasformazzjoni jew ta’ dekompożizzjoni, permanenti u kemm jista’ jkun kompletament, ta’ sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu f’sustanza stabbli waħda jew aktar li ma jkunux sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

Artikolu 3 (17)

“stabbiliment fl-Unjoni” tfisser, fir-rigward ta’ persuna fiżika, li dik il-persuna jkollha r-residenza abitwali tagħha fl-Unjoni u, fir-rigward ta’ persuna ġuridika, li dik il-persuna jkollha stabbiliment permanenti tan-negozju kif imsemmi fl-Artikolu 5, il-punt (32) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fl-Unjoni;

Artikolu 3 (18)

“pannell tal-fowm” tfisser struttura magħmula minn saffi li jkun fihom fowm u materjal riġidu, bħall-injam jew il-metall, marbuta fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat;

Artikolu 3 (19)

“bord laminat” tfisser bord tal-fowm li huwa miksi b’saff irqiq ta’ materjal mhux riġidu, bħall-plastik.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.