+Artikolu 6 Materja prima
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
|
Artikolu 6 Materja prima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. B’deroga mill-Artikolu 4, is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jiġu prodotti, jitqiegħdu fis-suq, u sussegwentement jiġu forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas sabiex jintużaw bħala materja prima.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta’ proċessi ta’ produzzjoni kimika li għalihom l-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I bħala materja prima għandu jiġi pprojbit abbażi tal-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa skont il-Protokoll, b’mod partikolari r-rapporti ta’ kull erba’ snin imħejjija mill-bords ta’ valutazzjoni skont il-Protokoll, li jinkludu valutazzjonijiet ta’ alternattivi disponibbli għall-użi ta’ materja prima eżistenti u ta’ livelli ta’ emissjonijiet ta’ użi ta’ materja prima eżistenti.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. B’deroga mill-paragrafu 2, fejn ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni teknika ta’ alternattivi disponibbli għal użi ta’ materja prima eżistenti u ta’ livelli ta’ emissjonijiet ta’ użi ta’ materja prima eżistenti mwettqa skont il-Protokoll li jipprovdu bażi suffiċjenti għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar jekk jiġix ipprojbit użu ta’ materja prima, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2027, tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet xjentifiċi dwar l-użi eżistenti tal-materja prima, l-impatti f’termini ta’ potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP) u d-disponibbiltà ta’ data aktar preċiża dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-materja prima, l-iżviluppi teknoloġiċi li jirriżultaw fid-disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament fattibbli, u l-użu tal-enerġija, l-effiċjenza, il-fattibbiltà ekonomika u l-kost ta’ dawk l-alternattivi, u għandhom jadottaw, fejn xieraq, abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Il-lista stabbilita skont il-paragrafu 2 tista’ tiġi aġġornata, fejn xieraq, fid-dawl tas-sejbiet tar-rapporti ta’ kull erba’ snin imħejjija mill-bords ta’ valutazzjoni skont il-Protokoll jew tal-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni stess.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|