3. B’deroga mill-paragrafu 2, fejn ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni teknika ta’ alternattivi disponibbli għal użi ta’ materja prima eżistenti u ta’ livelli ta’ emissjonijiet ta’ użi ta’ materja prima eżistenti mwettqa skont il-Protokoll li jipprovdu bażi suffiċjenti għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar jekk jiġix ipprojbit użu ta’ materja prima, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2027, tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet xjentifiċi dwar l-użi eżistenti tal-materja prima, l-impatti f’termini ta’ potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP) u d-disponibbiltà ta’ data aktar preċiża dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-materja prima, l-iżviluppi teknoloġiċi li jirriżultaw fid-disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament fattibbli, u l-użu tal-enerġija, l-effiċjenza, il-fattibbiltà ekonomika u l-kost ta’ dawk l-alternattivi, u għandhom jadottaw, fejn xieraq, abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 2.