+Artikolu 8 Użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
---+Artikolu 8 7

Artikolu 8 Użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(1), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jiġu prodotti, imqegħdin fis-suq u sussegwentement forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas sabiex jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi, u soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 8 2

2.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina kwalunkwe użu essenzjali fil-laboratorji u analitiku li għalih il-produzzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jkunu permessi fl-Unjoni, il-perjodu li għalih hija valida l-eżenzjoni u dawk l-utenti li jistgħu jieħdu vantaġġ minn dawk l-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 8 3

3.   Impriża li tqiegħed fis-suq u sussegwentement tforni jew tagħmel disponibbli lil persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandha żżomm rekords tal-informazzjoni li ġejja għal kull sustanza:

(a)

l-isem;

(b)

il-kwantità mqiegħda fis-suq jew fornita;

(c)

l-iskop tal-użu;

(d)

il-lista tax-xerrejja u tal-fornituri.

Artikolu 8 4

4.   Impriża li tuża sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandha żżomm rekords tal-informazzjoni li ġejja għal kull sustanza:

(a)

l-isem;

(b)

il-kwantità fornita jew użata;

(c)

l-iskop tal-użu;

(d)

lista ta’ fornituri.

Artikolu 8 5

5.   Ir-rekords imsemmijin fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jinżammu għal mill-inqas 5 snin u għandhom isiru disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

Artikolu 8 6

6.   Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu fis-suq u sussegwentement jiġu forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 8 7

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness IV fejn dan ikun neċessarju minħabba żviluppi tekniċi jew deċiżjonijiet meħudin mill-Partijiet għall-Protokoll.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.