2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina kwalunkwe użu essenzjali fil-laboratorji u analitiku li għalih il-produzzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jkunu permessi fl-Unjoni, il-perjodu li għalih hija valida l-eżenzjoni u dawk l-utenti li jistgħu jieħdu vantaġġ minn dawk l-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).