1. L-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, kwalunkwe provvista sussegwenti jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni għal persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas, l-użu, jew l-esportazzjoni ta’ kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, vojta, jew kompletament jew parzjalment mimlijin, għandhom jiġu pprojbiti, ħlief għall-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 8. Kontenituri bħal dawn jistgħu jinħażnu jew jiġu ttrasportati biss għar-rimi sussegwenti.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, jiġifieri:
|
(a)
|
kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mingħajr ma jiġu adattati għal dak l-għan; u
|
|
(b)
|
kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew iżda li huma importati jew li jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jkun sar provvediment għar-ritorn tagħhom għall-mili mill-ġdid.
|