4. It-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jiġu pprojbiti, sakemm il-produtturi jew l-importaturi ma jipprovdux evidenza lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fiż-żmien ta’ tali tqegħid fis-suq, li kwalunkwe trifluworometan, prodott bħala prodott sekondarju matul il-proċess tal-produzzjoni tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, inkluż matul il-produzzjoni tal-materja prima għall-produzzjoni ta’ dawk is-sustanzi, ikun inqered jew ġie rkuprat għall-użu sussegwenti, bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli.
Għall-finijiet li tiġi pprovduta dik l-evidenza, il-produtturi u l-importaturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità, akkumpanjata minn dokumentazzjoni ta’ sostenn li:
|
(a)
|
tistabbilixxi l-oriġini tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jitqiegħdu fis-suq;
|
|
(b)
|
tidentifika l-faċilità tal-produzzjoni tal-oriġini tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jitqiegħdu fis-suq, inkluża identifikazzjoni ta’ dawk il-faċilitajiet ta’ oriġini ta’ kwalunkwe sustanza prekursur li tinvolvi l-ġenerazzjoni ta’ klorodifluworometan (R-22) bħala parti mill-proċess ta’ produzzjoni li jipproduċi s-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jitqiegħdu fis-suq;
|
|
(c)
|
tagħti prova tad-disponibbiltà u t-tħaddim tat-teknoloġija tat-tnaqqis fil-faċilitajiet tal-oriġini ekwivalenti għall-metodoloġija tal-linja bażi AM0001 approvata mill-UNFCCC għall-inċinerazzjoni ta’ flussi ta’ skart tat-trifluworometan jew li tagħti prova tal-metodoloġija ta’ qbid u qerda li tiżgura li l-emissjonijiet tat-trifluworometan jinqerdu f’konformità mar-rekwiżiti skont il-Protokoll;
|
|
(d)
|
tiffaċilita, dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, it-traċċar tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu qabel l-importazzjoni.
|
Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità u mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn imsemmijin fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).