2. L-impriżi li jixtiequ jiksbu l-liċenzji meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 13(2) jew mal-Artikolu 14(3) għandhom jissottomettu applikazzjoni bl-użu tas-sistema ta’ liċenzjar. Qabel ma jissottomettu applikazzjoni bħal din, l-impriżi għandu jkollhom reġistrazzjoni valida fis-sistema ta’ liċenzjar. L-impriżi għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom reġistrazzjoni valida fis-sistema ta’ liċenzjar qabel ma jirrapportaw skont l-Artikolu 24.
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu pproċessati fi żmien 30 jum. Il-liċenzji għandhom jinħarġu f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness VII.