+Artikolu 16 Sistema ta’ liċenzjar
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
---+Artikolu 16 6
---+Artikolu 16 7
---+Artikolu 16 8
---+Artikolu 16 9
---+Artikolu 16 10
---+Artikolu 16 11
---+Artikolu 16 12
---+Artikolu 16 13
---+Artikolu 16 14
---+Artikolu 16 15

Artikolu 16 Sistema ta’ liċenzjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiżgura t-tħaddim tas-sistema elettronika ta’ liċenzjar għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u għall-prodotti u t-tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi (“is-sistema ta’ liċenzjar”).

Artikolu 16 2

2.   L-impriżi li jixtiequ jiksbu l-liċenzji meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 13(2) jew mal-Artikolu 14(3) għandhom jissottomettu applikazzjoni bl-użu tas-sistema ta’ liċenzjar. Qabel ma jissottomettu applikazzjoni bħal din, l-impriżi għandu jkollhom reġistrazzjoni valida fis-sistema ta’ liċenzjar. L-impriżi għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom reġistrazzjoni valida fis-sistema ta’ liċenzjar qabel ma jirrapportaw skont l-Artikolu 24.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu pproċessati fi żmien 30 jum. Il-liċenzji għandhom jinħarġu f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness VII.

Artikolu 16 3

3.   Jistgħu jinħarġu liċenzji lil impriżi bi stabbiliment fl-Unjoni u lil impriżi bi stabbiliment barra mill-Unjoni.

L-impriżi bi stabbiliment barra mill-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant uniku bi stabbiliment fl-Unjoni li jassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-konformità ma’ dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant uniku jista’ jkun l-istess wieħed maħtur skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

Artikolu 16 4

4.   Il-liċenzji għandhom ikunu limitati biż-żmien. Dawn għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu, jiġu sospiżi jew revokati mill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu, jew sakemm jiġu rtirati mill-impriża. Fil-każ ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet ta’ aloni rkuprati, riċiklati jew reklamati maħżuna għall-użi kritiċi msemmija fl-Artikolu 9(1), il-limitu ta’ żmien ma għandux jaqbeż id-data tat-tmiem għall-użu kritiku stabbilita fl-Anness V.

Artikolu 16 5

5.   Kull impriża li jkollha liċenzja għandha, matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja, tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla li tista’ sseħħ matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-Anness VII.

Artikolu 16 6

6.   Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali fejn meħtieġ sabiex tikkonferma l-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta mill-impriżi f’konformità mal-Anness VII.

Artikolu 16 7

7.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet doganali, jew il-Kummissjoni jistgħu jeħtieġu ċertifikat li jafferma n-natura jew il-kompożizzjoni tas-sustanzi li se jiġu importati jew esportati u jistgħu jitolbu kopja tal-liċenzja maħruġa mill-pajjiż li minnu ssir l-importazzjoni jew li lejh issir l-esportazzjoni.

Artikolu 16 8

8.   Il-Kummissjoni tista’ tikkondividi d-data ppreżentata fis-sistema ta’ liċenzjar sa fejn ikun meħtieġ f’każijiet speċifiċi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għall-Protokoll ikkonċernati.

Artikolu 16 9

9.   Liċenzja għandha tiġi sospiża meta jkun hemm suspett raġonevoli li ma jkunx hemm konformità ma’ kwalunkwe obbligu stabbilit f’dan ir-Regolament. Liċenzja għandha tiġi revokata meta jkun hemm evidenza li ma jkunx hemm konformità ma’ kwalunkwe obbligu stabbilit f’dan ir-Regolament. L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha tiġi miċħuda wkoll jew il-liċenzja għandha tiġi rrevokata meta jkun hemm evidenza ta’ ksur serju jew ripetut tal-liġi doganali tal-Unjoni jew tal-liġi ambjentali tal-Unjoni mill-impriża relatata mal-attivitajiet tagħha skont dan ir-Regolament.

L-impriżi għandhom, mill-aktar fis possibbli, jiġu informati bi kwalunkwe applikazzjoni għal liċenzja li tkun qed tiġi miċħuda jew bi kwalunkwe liċenzja li tkun qiegħda tiġi sospiża jew irrevokata, filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għar-rifjut, għas-sospensjoni jew għar-revoka. L-Istati Membri għandhom jiġu informati wkoll b’każijiet bħal dawn.

Artikolu 16 10

10.   L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li esportazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu ma:

(a)

tkunx tikkostitwixxi każ ta’ kummerċ illegali;

(b)

jkollhiex impatt avvers fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll meħudin mill-pajjiż tad-destinazzjoni sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-Protokoll;

(c)

twassalx għal eċċess tal-limiti kwantitattivi skont il-Protokoll għall-pajjiż li hemm referenza għalih fil-punt (b).

Artikolu 16 11

11.   L-awtoritajiet kompetentital-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet doganali, għandu jkollhom aċċess għas-sistema ta’ liċenzjar bl-iskop li jinfurzaw dan ir-Regolament. L-aċċess għas-sistema ta’ liċenzjar mill-awtoritajiet doganali għandu jiġi żgurat permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana (“Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana”) msemmi fil-paragrafi 14 u 15.

Artikolu 16 12

12.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni inkluża fis-sistema ta’ liċenzjar.

Artikolu 16 13

13.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness VII fejn ikun neċessarju li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema ta’ liċenzjar, sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar tal-kontrolli doganali, jew fejn ikun neċessarju li jkun hemm konformità mal-Protokoll.

Artikolu 16 14

14.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interkonnessjoni tas-sistema ta’ liċenzjar mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana permezz tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana - Sistema ta’ Skambju taċ-Ċertifikati stabbilita bir-Regolament (UE) 2022/2399.

Artikolu 16 15

15.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interkonnessjoni tal-ambjenti nazzjonali tagħhom ta’ tieqa unika għad-dwana mas-Sistema ta’ Skambju taċ-Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni mas-sistema ta’ liċenzjar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.