11. L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw jew jissekwestraw is-sustanzi, il-prodotti u t-tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma pprojbiti minn dan ir-Regolament għar-rimi f’konformità mal-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw il-konfiska u l-qbid ta’ tali sustanzi, prodotti u tagħmir għar-rimi tagħhome. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirtiraw jew isejħu lura mis-suq tali sustanzi u prodotti u tagħmir f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Ir-riesportazzjoni ta’ sustanzi u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma koperti minn dan ir-Regolament li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament għandha tkun ipprojbita.