4. Matul il-manutenzjoni jew is-servizzjar tat-tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, l-aloni li jinsabu fis-sistemi ta’ protezzjoni min-nar u fl-apparat għat-tifi tan-nar għandhom jiġu rkuprati għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni.
Il-qerda tal-aloni hija għandha tiġi pprojbita sakemm ma jkunx hemm evidenza dokumentata li l-purità tas-sustanza rkuprata jew riċiklata ma tippermettix teknikament ir-reklamazzjoni u l-użu mill-ġdid sussegwenti tagħha. L-impriżi li jeqirdu l-aloni f’każijiet bħal dawn għandhom iżommu din id-dokumentazzjoni għal tal-anqas 5 snin. Tali dokumentazzjoni għandha ssir disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.