+Artikolu 20 Irkupru u qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jkunu użati
---+Artikolu 20 1
---+Artikolu 20 2
---+Artikolu 20 3
---+Artikolu 20 4
---+Artikolu 20 5
---+Artikolu 20 6
---+Artikolu 20 7
---+Artikolu 20 8

Artikolu 20 Irkupru u qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jkunu użati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1

1.   Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jkunu jinsabu f’tagħmir ta’ refriġerazzjoni u tagħmir ta’ arja kundizzjonata u pompi tas-sħana, f’tagħmir li jkun fih solventi jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’tagħmir għat-tifi tan-nar, għandhom, waqt manutenzjoni jew servizzjar tat-tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, ikunu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, sakemm tali rkupru ma jkunx regolat skont atti legali oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 20 2

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2025, is-sidien u l-kuntratturi tal-bini għandhom jiżguraw li, matul l-attivitajiet ta’ rinnovazzjoni, rikondizzjonar jew ta’ demolizzjoni li jimplikaw it-tneħħija ta’ pannelli tal-fowm li fihom fowms b’sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, l-emissjonijiet jiġu evitati sa fejn ikun possibbli permezz tat-trattament tal-fowms jew tas-sustanzi li jinsabu fihom b’mod li jiżgura l-qerda ta’ dawk is-sustanzi. Fil-każ tal-irkupru ta’ dawk is-sustanzi, l-irkupru għandu jitwettaq biss minn persuni fiżiċi kkwalifikati kif xieraq.

Artikolu 20 3

3.   Mill-1 ta’ Jannar 2025, is-sidien tal-bini u l-kuntratturi għandhom jiżguraw li, matul l-attivitajiet ta’ rinnovazzjoni, rikondizzjonar jew ta’ demolizzjoni li jimplikaw it-tneħħija ta’ fowms f’bordijiet laminati installati f’kavitajiet jew fi strutturi mibnijin li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, l-emissjonijiet jiġu evitati sa fejn ikun possibbli permezz tat-trattament tal-fowms jew tas-sustanzi li jinsabu fihom b’mod li jiżgura l-qerda ta’ dawk is-sustanzi. Fil-każ tal-irkupru ta’ dawk is-sustanzi, l-irkupru għandu jitwettaq biss minn persuni fiżiċi kkwalifikati kif xieraq.

Meta t-tneħħija tal-fowms imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx teknikament fattibbli, is-sid jew il-kuntrattur tal-bini għandu jfassal dokumentazzjoni li tipprovdi evidenza dwar l-infattibbiltà tat-tneħħija fil-każ speċifiku. Tali dokumentazzjoni għandha tinżamm għal 5 snin u għandha ssir disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

Artikolu 20 4

4.   Matul il-manutenzjoni jew is-servizzjar tat-tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, l-aloni li jinsabu fis-sistemi ta’ protezzjoni min-nar u fl-apparat għat-tifi tan-nar għandhom jiġu rkuprati għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni.

Il-qerda tal-aloni hija għandha tiġi pprojbita sakemm ma jkunx hemm evidenza dokumentata li l-purità tas-sustanza rkuprata jew riċiklata ma tippermettix teknikament ir-reklamazzjoni u l-użu mill-ġdid sussegwenti tagħha. L-impriżi li jeqirdu l-aloni f’każijiet bħal dawn għandhom iżommu din id-dokumentazzjoni għal tal-anqas 5 snin. Tali dokumentazzjoni għandha ssir disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

Artikolu 20 5

5.   Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jinsabu fi prodotti u f’tagħmir għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom, jekk teknikament u ekonomikament fattibbli, jiġu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, jew għandhom jinqerdu mingħajr irkupru minn qabel, sakemm tali rkupru ma jkunx regolat skont atti legali oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 20 6

6.   Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u prodotti u tagħmir li fihom tali sustanzi, għandhom jinqerdu biss minn teknoloġija ta’ qerda li tkun ġiet approvata mill-Partijiet għall-Protokoll.

Sustanzi oħrajn li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għalihom it-teknoloġija ta’ qerda ma tkunux ġiet approvata għandhom jinqerdu biss minn teknoloġija ta’ qerda li tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-iskart u meta rekwiżiti addizzjonali skont tali leġiżlazzjoni jkunu ssodisfati.

Artikolu 20 7

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta’ prodotti u ta’ tagħmir li għalihom l-irkupru ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew il-qerda ta’ prodotti u ta’ tagħmir mingħajr irkupru minn qabel ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jitqiesu teknikament u ekonomikament fattibbli, filwaqt li jiġu speċifikati, jekk ikun xieraq, it-teknoloġija li għandha tiġi applikata.

Artikolu 20 8

8.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal involut.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0590
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.