+Artikolu 3 Valutazzjoni tal-interoperabbiltà
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5

Artikolu 3 Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Qabel tittieħed deċiżjoni dwar rekwiżiti vinkolanti ġodda jew sostanzjalment modifikati, entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku għandhom iwettqu valutazzjoni tal-interoperabbiltà.

Meta, fir-rigward ta’ rekwiżiti vinkolanti, tkun diġà twettqet valutazzjoni tal-interoperabbiltà jew meta jiġu implimentati rekwiżiti vinkolanti minn soluzzjonijiet ipprovduti minn entitajiet tal-Unjoni, il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat ma għandux ikun meħtieġ iwettaq valutazzjoni tal-interoperabbiltà ulterjuri fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti. Tista’ titwettaq valutazzjoni tal-interoperabbiltà unika sabiex jiġi indirizzat sett ta’ rekwiżiti vinkolanti.

L-entità tal-Unjoni jew il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat jista’ jwettaq ukoll il-valutazzjoni tal-interoperabbiltà f’każijiet oħra.

Artikolu 3 2

2.   Valutazzjoni tal-interoperabbiltà għandha, b’mod xieraq, tidentifika u tivvaluta dawn li ġejjin:

(a)

l-effetti tar-rekwiżiti vinkolanti fuq l-interoperabbiltà transfruntiera, bl-użu tal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà imsemmija fl-Artikolu 6 (EIF) bħala għodda ta’ appoġġ;

(b)

il-partijiet ikkonċernati li għalihom ir-rekwiżiti vinkolanti huma rilevanti;

(c)

is-soluzzjonijiet għal Ewropa Interoperabbli imsemmija fl-Artikolu 7 li jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti vinkolanti.

L-entità tal-Unjoni jew il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat għandu jippubblika rapport, f’format li jinqara mill-magni li jiffaċilita t-traduzzjoni awtomatika, li jippreżenta l-eżitu tal-valutazzjoni tal-interoperabbiltà, inkluż il-punti elenkati fl-Anness, fuq sit web uffiċjali,. Huwa għandu jikkondividi dak ir-rapport b’mod elettroniku mal-Bord għal Ewropa Interoperabbli stabbilit skont l-Artikolu 15 (“il-Bord”). Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu ma għandhomx jirrestrinġu r-regoli eżistenti tal-Istati Membri dwar l-aċċess għad-dokumenti. Il-pubblikazzjoni ta’ dak ir-rapport ma għandhiex tikkomprometti d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew is-sigrieti kummerċjali, l-ordni pubbliku jew is-sigurtà.

Artikolu 3 3

3.   L-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku jistgħu jiddeċiedu liema korp għandu jipprovdi l-appoġġ meħtieġ biex titwettaq il-valutazzjoni tal-interoperabbiltà. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodod tekniċi biex tappoġġa l-valutazzjoni tal-interoperabbiltà, inkluż għodda online biex tiffaċilita t-tlestija tar-rapport u l-pubblikazzjoni tiegħu fuq il-portal Ewropa Interoperabbli imsemmi fl-Artikolu 8.

Artikolu 3 4

4.   L-entità tal-Unjoni jew il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat għandhom jikkonsultaw lir-riċevituri tas-servizzi affettwati direttament, inkluż iċ-ċittadini, jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dik il-konsultazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali jew pubbliċi jew għas-sigurtà ta’ dawn is-servizzi.

Artikolu 3 5

5.   Sat-12 ta’ Jannar 2025, il-Bord għandu jadotta il-linji gwida msemmija fl-Artikolu 15(5), il-punt (a).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.