1. Qabel tittieħed deċiżjoni dwar rekwiżiti vinkolanti ġodda jew sostanzjalment modifikati, entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku għandhom iwettqu valutazzjoni tal-interoperabbiltà.
Meta, fir-rigward ta’ rekwiżiti vinkolanti, tkun diġà twettqet valutazzjoni tal-interoperabbiltà jew meta jiġu implimentati rekwiżiti vinkolanti minn soluzzjonijiet ipprovduti minn entitajiet tal-Unjoni, il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat ma għandux ikun meħtieġ iwettaq valutazzjoni tal-interoperabbiltà ulterjuri fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti. Tista’ titwettaq valutazzjoni tal-interoperabbiltà unika sabiex jiġi indirizzat sett ta’ rekwiżiti vinkolanti.
L-entità tal-Unjoni jew il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat jista’ jwettaq ukoll il-valutazzjoni tal-interoperabbiltà f’każijiet oħra.