2. Valutazzjoni tal-interoperabbiltà għandha, b’mod xieraq, tidentifika u tivvaluta dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-effetti tar-rekwiżiti vinkolanti fuq l-interoperabbiltà transfruntiera, bl-użu tal-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà imsemmija fl-Artikolu 6 (EIF) bħala għodda ta’ appoġġ;
|
|
(b)
|
il-partijiet ikkonċernati li għalihom ir-rekwiżiti vinkolanti huma rilevanti;
|
|
(c)
|
is-soluzzjonijiet għal Ewropa Interoperabbli imsemmija fl-Artikolu 7 li jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti vinkolanti.
|
L-entità tal-Unjoni jew il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat għandu jippubblika rapport, f’format li jinqara mill-magni li jiffaċilita t-traduzzjoni awtomatika, li jippreżenta l-eżitu tal-valutazzjoni tal-interoperabbiltà, inkluż il-punti elenkati fl-Anness, fuq sit web uffiċjali,. Huwa għandu jikkondividi dak ir-rapport b’mod elettroniku mal-Bord għal Ewropa Interoperabbli stabbilit skont l-Artikolu 15 (“il-Bord”). Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu ma għandhomx jirrestrinġu r-regoli eżistenti tal-Istati Membri dwar l-aċċess għad-dokumenti. Il-pubblikazzjoni ta’ dak ir-rapport ma għandhiex tikkomprometti d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew is-sigrieti kummerċjali, l-ordni pubbliku jew is-sigurtà.