6. Meta jiddeċiedu dwar l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà, l-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipprijoritizzaw l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà li ma jkollhomx termini restrittivi ta’ liċenzjar, bħal soluzzjonijiet ta’ sors miftuħ, meta tali soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà huma ekwivalenti f’termini ta’ funzjonalitajiet, il-kost totali, iċ-ċentralità tal-utent, iċ-ċibersigurtà jew kriterji oġġettivi rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ fl-identifikazzjoni ta’ tali soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà, kif previst fl-Artikolu 9.