+Artikolu 4 Il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà bejn l-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
---+Artikolu 4 7
|
Artikolu 4 Il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà bejn l-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. Entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu disponibbli għal kwalunkwe entità jew korp tas-settur pubbliku oħra tal-Unjoni li jitolbuha soluzzjoni ta’ interoperabbiltà li tappoġġa servizz pubbliku diġitali trans-Ewropew, inkluż id-dokumentazzjoni teknika, u fejn applikabbli, l-istorja tal-verżjoni, il-kodiċi tas-sors dokumentat u r-referenzi għal standards miftuħa jew speċifikazzjonijiet tekniċi użati.
L-obbligu ta’ kondiviżjoni ma għandu japplika għall-ebda waħda mis-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà li ġejjin, jiġifieri dawk:
|
(a)
|
li jappoġġaw proċessi li jaqgħu barra mill-ambitu tal-kompitu pubbliku tal-entità tal-Unjoni jew tal-korp tas-settur pubbliku kkonċernati kif definit mil-liġi jew minn regoli vinkolanti oħrajn, jew, fin-nuqqas ta’ tali regoli, kif definit f’konformità mal-prattika amministrattiva komuni fl-entitajiet tal-Unjoni jew fl-Istat Membru inkwistjoni, dment li l-ambitu tal-kompiti pubbliċi jkun trasparenti u soġġett għal rieżami;
|
|
(b)
|
li għalihom partijiet terzi għandhom drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jirrestrinġu l-possibbiltà tat-tqassim tas-soluzzjoni għall-użu mill-ġdid;
|
|
(c)
|
li l-aċċess għalihom ikun eskluż jew ristrett għal raġunijiet ta’:
|
(i)
|
informazzjoni kritika sensittiva relatata mal-protezzjoni tal-infrastruttura kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (18);
|
|
(ii)
|
il-protezzjoni tal-interessi tad-difiża, jew tas-sigurtà pubblika, inkluż l-infrastruttura kritika nazzjonali.
|
|
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Sabiex l-entità ta’ użu mill-ġdid tkun tista’ tiġġestixxi s-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà b’mod awtonomu, l-entità ta’ kondiviżjoni għandha tispeċifika kwalunkwe kundizzjoni li tapplika għall-użu mill-ġdid tas-soluzzjoni, inkluż kwalunkwe garanzija pprovduta lill-entità ta’ użu mill-ġdid fir-rigward ta’ kooperazzjoni, appoġġ u manutenzjoni. Tali kundizzjonijiet jistgħu jinkludu l-esklużjoni tar-responsabbiltà tal-entità tal-kondiviżjoni fil-każ ta’ użu ħażin tas-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà mill-entità ta’ użu mill-ġdid. Qabel ma tadotta s-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà, l-entità ta’ użu mill-ġdid għandha, wara talba, tipprovdi lill-entità ta’ kondiviżjoni valutazzjoni tas-soluzzjoni li tkopri l-kapaċità tagħha li tiġġestixxi b’mod awtonomu ċ-ċibersigurtà u l-evoluzzjoni tas-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà li tkun qed tintuża mill-ġdid.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. L-obbligu fil-paragrafu 1 jista’ jiġi ssodisfat billi jiġi ppubblikat il-kontenut rilevanti fuq il-portal Ewropa Interoperabbli jew portal, katalgu jew repożitorju konness mal-portal Ewropa Interoperabbli. F’dak il-każ, il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-entità ta’ kondiviżjoni. Fuq it-talba tal-entità tal-kondiviżjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kontenut rilevanti fuq il-portal Ewropa Interoperabbli.
|
|
Artikolu 4 4
|
4. Entità tal-Unjoni jew korp tas-settur pubbliku jew parti terza li tuża mill-ġdid soluzzjoni ta’ interoperabbiltà tista’ tadattaha għall-ħtiġijiet tagħha stess, sakemm id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali miżmuma minn parti terza ma jirrestrinġux l-adattament tas-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà. Jekk is-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà hija ippubblikata skont il-paragrafu 3, is-soluzzjoni ta’ interoperabbiltà adattata għandha tiġi ppubblikata bl-istess mod.
|
|
Artikolu 4 5
|
5. L-entitajiet kondividenti u li jużaw mill-ġdid jistgħu jikkonkludu ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet għal żviluppi futuri tas-soluzzjoni tal-interoperabbiltà.
|
|
Artikolu 4 6
|
6. Meta jiddeċiedu dwar l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà, l-entitajiet tal-Unjoni u l-korpi tas-settur pubbliku għandhom jipprijoritizzaw l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà li ma jkollhomx termini restrittivi ta’ liċenzjar, bħal soluzzjonijiet ta’ sors miftuħ, meta tali soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà huma ekwivalenti f’termini ta’ funzjonalitajiet, il-kost totali, iċ-ċentralità tal-utent, iċ-ċibersigurtà jew kriterji oġġettivi rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ fl-identifikazzjoni ta’ tali soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà, kif previst fl-Artikolu 9.
|
|
Artikolu 4 7
|
7. Il-Bord għandu jadotta linji gwida dwar il-kondiviżjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|