+Artikolu 19 Aġenda għal Ewropa Interoperabbli
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3

Artikolu 19 Aġenda għal Ewropa Interoperabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1

1.   Wara l-organizzazzjoni ta’ proċess ta’ konsultazzjoni pubblika permezz tal-portal Ewropa Interoperabbli li jinvolvi, fost l-oħrajn, il-membri tal-Komunità għal Ewropa Interoperabbli u l-koordinaturi tal-interoperabbiltà, il-Bord għandu jadotta kull sena aġenda strateġika biex biha jippjana u jikkoordina prijoritajiet għall-iżvilupp tal-interoperabbiltà transfruntiera ta’ servizzi pubbliċi diġitali trans-Ewropej (l-“Aġenda għal Ewropa Interoperabbli”). L-Aġenda għal Ewropa Interoperabbli għandha tqis l-istrateġiji fit-tul tal-Unjoni għad-diġitalizzazzjoni, il-programmi ta’ finanzjament eżistenti tal-Unjoni u l-implimentazzjoni kontinwa tal-politika tal-Unjoni.

Artikolu 19 2

2.   L-Aġenda għal Ewropa Interoperabbli għandu jkun fiha:

(a)

valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà;

(b)

lista ta’ miżuri ta’ appoġġ għal Ewropa Interoperabbli fis-seħħ u ppjanati;

(c)

lista ta’ azzjonijiet ta’ segwitu proposti għal miżuri ta’ innovazzjoni inkluż azzjonijiet b’appoġġ għal soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà b’sors miftuħ;

(d)

l-identifikazzjoni ta’ sinerġiji ma’ programmi u inizjattivi rilevanti oħrajn tal-Unjoni u dawk nazzjonali;

(e)

indikazzjonijiet tal-opportunitajiet finanzjarji disponibbli b’appoġġ għall-prijoritajiet inklużi.

Artikolu 19 3

3.   L-Aġenda għal Ewropa Interoperabbli ma għandhiex timponii obbligi finanzjarji jew piż amministrattiv ulterjuri. Wara l-adozzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-Aġenda għal Ewropa Interoperabbli fuq il-portal Ewropa Interoperabbli u għandha tipprovdi aġġornamenti regolari dwar l-implimentazzjoni tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.03.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R0903
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.