+Artikolu 2
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 2 3.

Artikolu 2

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1.
Dan ir-Regolament japplika għall-fornituri ta’ pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir li joffru servizzi lill-ospitanti li jipprovdu servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir fl-Unjoni, irrispettivament mill-post fejn ikunu stabbiliti, u lill-ospitanti li jipprovdu servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir.
Artikolu 2 2.

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal:

(a) 

regoli nazzjonali, reġjonali jew lokali li jirregolaw l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom mill-ospitanti, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, sakemm ma jkunx previst b’xi mod speċifiku ieħor skont dan ir-Regolament;

(b) 

regoli nazzjonali, reġjonali jew lokali li jirregolaw l-iżvilupp jew l-użu tal-art, l-ippjanar tal-bliet u tal-pajjiż, l-istandards tal-bini, l-akkomodazzjoni u l-kirjiet;

(c) 

il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tirregola l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(d) 

il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tirregola l-amministrazzjoni, il-ġbir, l-infurzar u l-irkupru tat-taxxi, id-dwana u dazji oħra;

(e) 

il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tirregola l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea jew tal-istatistika uffiċjali nazzjonali.

Artikolu 2 3.

Barra minn hekk, dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti minn atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw aspetti oħra tal-forniment ta’ servizzi minn pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir u l-forniment ta’ servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, b’mod partikolari:

(a) 

ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(b) 

ir-Regolament (UE) 2022/2065;

(c) 

ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(d) 

id-Direttiva 2000/31/KE;

(e) 

id-Direttiva 2006/123/KE;

(f) 

id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(g) 

id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE ( 4 ); u

(h) 

id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE ( 5 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1028
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.