|
+Artikolu 2 2. |
Artikolu 2 2.Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal:
(a)
regoli nazzjonali, reġjonali jew lokali li jirregolaw l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir jew il-forniment tagħhom mill-ospitanti, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, sakemm ma jkunx previst b’xi mod speċifiku ieħor skont dan ir-Regolament;
(b)
regoli nazzjonali, reġjonali jew lokali li jirregolaw l-iżvilupp jew l-użu tal-art, l-ippjanar tal-bliet u tal-pajjiż, l-istandards tal-bini, l-akkomodazzjoni u l-kirjiet;
(c)
il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tirregola l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;
(d)
il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tirregola l-amministrazzjoni, il-ġbir, l-infurzar u l-irkupru tat-taxxi, id-dwana u dazji oħra;
(e)
il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li tirregola l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea jew tal-istatistika uffiċjali nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|