+Artikolu 4
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
|
Artikolu 4
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Kwalunkwe proċedura ta’ reġistrazzjoni stabbilita minn Stat Membru, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali għal unitajiet li jinsabu fit-territorju tiegħu, għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Stat Membru li jimponi rekwiżit fuq il-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir li jittrażmettu data lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi jew iżomm proċedura ta’ reġistrazzjoni għall-unitajiet li jinsabu f’żoni tat-territorju tiegħu meta jkun japplika tali rekwiżit tat-trażmissjoni ta’ data.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni joperaw abbażi ta’ dikjarazzjonijiet li jsiru mill-ospitanti;
(b)
il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni jkunu pprovduti online, u mingħajr ħlas, fejn possibbli, jew b’kost raġonevoli u proporzjonat, u jippermettu l-ħruġ awtomatiku u immedjat ta’ numru tar-reġistrazzjoni, għal unità speċifika mas-sottomissjoni mill-ospitant tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) u, meta jkun xieraq, kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa skont l-Artikolu 5(2);
(c)
il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni jkunu soġġetti għal mekkaniżmi ta’ appell effettivi fl-Istat Membru;
(d)
unità ma tkunx soġġetta għal aktar minn proċedura ta’ reġistrazzjoni waħda;
(e)
ikunu stabbiliti mezzi tekniċi li jippermettu lil ospitant jaġġorna l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni;
(f)
ikunu stabbiliti mezzi tekniċi biex tiġi vvalutata l-validità tan-numri tar-reġistrazzjoni;
(g)
ikunu stabbiliti mezzi tekniċi li jippermettu lil ospitant ineħħi unità mir-reġistru msemmi fil-paragrafu 5; u
(h)
l-ospitanti jkunu meħtieġa, meta joffru s-servizzi tagħhom ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir permezz ta’ pjattaforma online ta’ kiri għal żmien qasir, jiddikjaraw lill-pjattaforma online ta’ kiri għal żmien qasir jekk l-unità offruta tkunx soġġetta għal proċedura ta’ reġistrazzjoni u, jekk tkun, jipprovdu n-numru tar-reġistrazzjoni.
|
|
Artikolu 4 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ospitanti jkunu jistgħu jitolbu li l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(1) u (2) terġa’ tintuża għall-finijiet ta’ reġistrazzjonijiet sussegwenti.
|
|
Artikolu 4 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-numri tar-reġistrazzjoni jkunu inklużi f’reġistru pubbliku u faċilment aċċessibbli. L-awtorità kompetenti li toħroġ in-numru tar-reġistrazzjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u għaż-żamma tar-reġistru, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
|
|
Artikolu 4 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ospitanti jkunu jistgħu jissottomettu d-dokumenti kollha meħtieġa bħala parti mill-proċess ta’ reġistrazzjoni f’format diġitali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1028
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|