|
+Artikolu 4 3. |
Artikolu 4 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni joperaw abbażi ta’ dikjarazzjonijiet li jsiru mill-ospitanti;
(b)
il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni jkunu pprovduti online, u mingħajr ħlas, fejn possibbli, jew b’kost raġonevoli u proporzjonat, u jippermettu l-ħruġ awtomatiku u immedjat ta’ numru tar-reġistrazzjoni, għal unità speċifika mas-sottomissjoni mill-ospitant tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) u, meta jkun xieraq, kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn meħtieġa skont l-Artikolu 5(2);
(c)
il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni jkunu soġġetti għal mekkaniżmi ta’ appell effettivi fl-Istat Membru;
(d)
unità ma tkunx soġġetta għal aktar minn proċedura ta’ reġistrazzjoni waħda;
(e)
ikunu stabbiliti mezzi tekniċi li jippermettu lil ospitant jaġġorna l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni;
(f)
ikunu stabbiliti mezzi tekniċi biex tiġi vvalutata l-validità tan-numri tar-reġistrazzjoni;
(g)
ikunu stabbiliti mezzi tekniċi li jippermettu lil ospitant ineħħi unità mir-reġistru msemmi fil-paragrafu 5; u
(h)
l-ospitanti jkunu meħtieġa, meta joffru s-servizzi tagħhom ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir permezz ta’ pjattaforma online ta’ kiri għal żmien qasir, jiddikjaraw lill-pjattaforma online ta’ kiri għal żmien qasir jekk l-unità offruta tkunx soġġetta għal proċedura ta’ reġistrazzjoni u, jekk tkun, jipprovdu n-numru tar-reġistrazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|