+Artikolu 7
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
|
Artikolu 7
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Il-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir għandhom:
(a)
ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b’mod li jkun meħtieġ li l-ospitanti jiddikjaraw huma stess jekk l-unità offruta għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir tkunx tinsab f’żona fejn tkun ġiet stabbilita jew tapplika proċedura ta’ reġistrazzjoni;
(b)
ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b’mod li, meta l-ospitanti jiddikjaraw li unità offruta għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir tinsab f’żona fejn tkun ġiet stabbilita jew applikata proċedura ta’ reġistrazzjoni, l-utenti jidentifikaw l-unità permezz ta’ numru tar-reġistrazzjoni; u jiżguraw li l-ospitanti jkunu pprovdew numru tar-reġistrazzjoni qabel ma jippermettu l-offerta tas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir fir-rigward ta’ dik l-unità, u li l-ospitanti juru dak in-numru tar-reġistrazzjoni b’mod ċar bħala parti mill-elenkar tagħhom;
(c)
jagħmlu sforzi raġonevoli biex jivverifikaw, b’mod aleatorju u fuq bażi regolari, id-dikjarazzjonijiet tal-ospitanti dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ proċedura ta’ reġistrazzjoni, filwaqt li titqies il-lista magħmula disponibbli skont l-Artikolu 13(1), il-punt (a) u, fejn tkun teżisti proċedura bħal din, il-validità tan-numru tar-reġistrazzjoni pprovdut mill-ospitant, permezz tal-użu tal-funzjonalitajiet offruti mill-punti ta’ dħul diġitali uniċi msemmija fl-Artikolu 10(2), il-punt (b), wara li tkun ġiet permessa l-offerta tas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir mill-ospitant.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Il-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ospitanti, mingħajr dewmien żejjed, bir-riżultati tal-kontrolli aleatorji msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), dwar dikjarazzjonijiet skorretti tal-ospitanti, l-użu ħażin ta’ numru tar-reġistrazzjoni, jew numri tar-reġistrazzjoni mhux validi.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Il-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir għandhom jinfurmaw lill-ospitanti b’mod adegwat dwar l-applikabbiltà f’qasam partikolari tal-proċeduri tar-reġistrazzjoni, filwaqt li jqisu l-listi msemmija fl-Artikolu 13, u l-informazzjoni msemmija fit-tieni kolonna, ringiela “N. Servizzi”, punt 4, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724, li trid ssir disponibbli mill-Istati Membri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1028
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|