|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.Il-pjattaformi online ta’ kiri għal żmien qasir għandhom:
(a)
ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b’mod li jkun meħtieġ li l-ospitanti jiddikjaraw huma stess jekk l-unità offruta għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir tkunx tinsab f’żona fejn tkun ġiet stabbilita jew tapplika proċedura ta’ reġistrazzjoni;
(b)
ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b’mod li, meta l-ospitanti jiddikjaraw li unità offruta għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir tinsab f’żona fejn tkun ġiet stabbilita jew applikata proċedura ta’ reġistrazzjoni, l-utenti jidentifikaw l-unità permezz ta’ numru tar-reġistrazzjoni; u jiżguraw li l-ospitanti jkunu pprovdew numru tar-reġistrazzjoni qabel ma jippermettu l-offerta tas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir fir-rigward ta’ dik l-unità, u li l-ospitanti juru dak in-numru tar-reġistrazzjoni b’mod ċar bħala parti mill-elenkar tagħhom;
(c)
jagħmlu sforzi raġonevoli biex jivverifikaw, b’mod aleatorju u fuq bażi regolari, id-dikjarazzjonijiet tal-ospitanti dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ proċedura ta’ reġistrazzjoni, filwaqt li titqies il-lista magħmula disponibbli skont l-Artikolu 13(1), il-punt (a) u, fejn tkun teżisti proċedura bħal din, il-validità tan-numru tar-reġistrazzjoni pprovdut mill-ospitant, permezz tal-użu tal-funzjonalitajiet offruti mill-punti ta’ dħul diġitali uniċi msemmija fl-Artikolu 10(2), il-punt (b), wara li tkun ġiet permessa l-offerta tas-servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir mill-ospitant. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|