+Artikolu 12
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
|
Artikolu 12
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaż-żoni fejn tapplika proċedura ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 4.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-aċċess għall-informazzjoni trażmessa skont l-Artikolu 9 għandu jingħata lill-awtorità kompetenti biss meta l-iskop intenzjonat tal-ipproċessar ikun wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
il-monitoraġġ tal-konformità mal-proċeduri ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 4;
(b)
l-implimentazzjoni ta’, u l-iżgurar tal-konformità ma’, ir-regoli li jirregolaw l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u l-forniment tagħhom f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti elenkati skont il-paragrafu 1 għandhom iżommu d-data dwar l-attivitajiet b’mod sigur sakemm ikun meħtieġ għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u mhux aktar minn 18-il xahar wara li jirċevuha. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’konformità mal-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat, jikkondividu d-data dwar l-attivitajiet mingħajr kwalunkwe data li tista’ tidentifika lil unitajiet jew lil ospitanti individwali, inkluż in-numri tar-reġistrazzjoni u l-URLs tal-elenkar u l-informazzjoni rilevanti trażmessi skont l-Artikolu 5(1)(a), il-punti (i) sa (iv), b’mod partikolari ma’ dawn li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet inkarigati mill-iżvilupp ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u l-forniment tagħhom;
(b)
entitajiet jew persuni li jwettqu riċerka xjentifika, attivitajiet analitiċi jew li jiżviluppaw mudelli ta’ negozju ġodda, meta dan ikun neċessarju għall-finijiet ta’ dawk l-attivitajiet.
Minkejja dan, li dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkondividu mal-awtoritajiet imsemmija fil punt (a) l-informazzjoni li tinsab fl-Artikolu 5(1)(a), il-punti (i) sa (iv), f’konformità mal-liġijiet tal-Istat Membru u soġġetti għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data, inkluż, fejn applikabbli, l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679.
|
|
Artikolu 12 4.
|
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-entità nazzjonali responsabbli biex tittrażmetti, għal kull unità, id- data dwar l-attivitajiet u n-numru tar-reġistrazzjoni miksuba skont l-Artikoli 5 u 9, il-muniċipalità fejn tinsab l-unità u l-għadd massimu ta’ sodod disponibbli li l-unità takkomoda, kull xahar, lill-uffiċċji tal-istatistika nazzjonali u, fejn rilevanti, reġjonali u tagħmel tali data disponibbli għall-Eurostat għall-fini ta’ kompilazzjoni tal-istatistika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
). L-aċċess għall dik id- data mill-uffiċċji tal-istatistika nazzjonali jew reġjonali għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad- data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1028
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|