|
+Artikolu 12 3. |
Artikolu 12 3.L-awtoritajiet kompetenti elenkati skont il-paragrafu 1 għandhom iżommu d-data dwar l-attivitajiet b’mod sigur sakemm ikun meħtieġ għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u mhux aktar minn 18-il xahar wara li jirċevuha. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’konformità mal-liġijiet tal-Istat Membru kkonċernat, jikkondividu d-data dwar l-attivitajiet mingħajr kwalunkwe data li tista’ tidentifika lil unitajiet jew lil ospitanti individwali, inkluż in-numri tar-reġistrazzjoni u l-URLs tal-elenkar u l-informazzjoni rilevanti trażmessi skont l-Artikolu 5(1)(a), il-punti (i) sa (iv), b’mod partikolari ma’ dawn li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet inkarigati mill-iżvilupp ta’ liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-aċċess għal servizzi ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir u l-forniment tagħhom;
(b)
entitajiet jew persuni li jwettqu riċerka xjentifika, attivitajiet analitiċi jew li jiżviluppaw mudelli ta’ negozju ġodda, meta dan ikun neċessarju għall-finijiet ta’ dawk l-attivitajiet. Minkejja dan, li dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkondividu mal-awtoritajiet imsemmija fil punt (a) l-informazzjoni li tinsab fl-Artikolu 5(1)(a), il-punti (i) sa (iv), f’konformità mal-liġijiet tal-Istat Membru u soġġetti għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data, inkluż, fejn applikabbli, l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|