+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)
---+Artikolu 3 (15)
---+Artikolu 3 (16)
---+Artikolu 3 (17)
---+Artikolu 3 (18)

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (1)

“installazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja li fiha titwettaq attività waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Anness I, u kull attività oħra direttament assoċjata fl-istess sit li jkollha konnessjoni teknika mal-attivitajiet elenkati f’dak l-Anness u li jista’ jkollha effett fuq emissjonijiet u tniġġis;

Artikolu 3 (2)

“faċilità” tfisser installazzjoni waħda jew aktar, jew partijiet tagħha jew tagħhom, li jkunu fl-istess sit u li huma operati mill-istess persuna fiżika jew ġuridika;

Artikolu 3 (3)

“sit” tfisser il-post ġeografiku fejn tinsab l-installazzjoni u l-faċilità;

Artikolu 3 (4)

“il-pubbliku” tfisser il-pubbliku kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (16) tad-Direttiva 2010/75/UE;

Artikolu 3 (5)

“rilaxx” tfisser kwalunkwe introduzzjoni ta’ inkwinant fl-ambjent bħala riżultat ta’ kwalunkwe attività tal-bniedem, kemm jekk deliberata jew aċċidentali, ta’ rutina jew mhux ta’ rutina, inkluż tixrid, emissjoni, ħruġ, injezzjoni, rimi jew ħatt, jew permezz ta’ sistemi ta’ dranaġġ mingħajr trattament finali tal-ilma mormi;

Artikolu 3 (6)

“inkwinant” tfisser sustanza jew grupp ta’ sustanzi li tista’ tkun/jista’ jkun ta’ periklu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-proprjetajiet tagħha/tiegħu u l-introduzzjoni tagħha/tiegħu fl-ambjent;

Artikolu 3 (7)

“sustanza” tfisser sustanza kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (1) tad-Direttiva 2010/75/UE;

Artikolu 3 (8)

“operatur” tfisser operatur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (15) tad-Direttiva 2010/75/UE;

Artikolu 3 (9)

“trasferiment barra mis-sit” tfisser il-moviment, lill-hinn mill-fruntieri ta’ installazzjoni, ta’ skart destinat għall-operazzjonijiet ta’ rkupru jew rimi u ta’ inkwinanti f’ilma mormi destinat għat-trattament tal-ilma mormi;

Artikolu 3 (10)

“skart” tfisser skart kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1) tad-Direttiva 2008/98/KE;

Artikolu 3 (11)

“ilma mormi” tfisser ilma mormi li ġej minn sorsi urbani, domestiċi jew industrijali, kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (1), (2) u (3) tad-Direttiva 91/271/KEE, rispettivament, u kwalunkwe ilma użat ieħor li huwa soġġett għar-regolamentazzjoni mil-liġi tal-Unjoni minħabba s-sustanzi jew oġġetti li fih;

Artikolu 3 (12)

“sorsi diffużi” tfisser il-ħafna sorsi iżgħar jew sparpaljati li minnhom jista’ jkun hemm rilaxx ta’ inkwinanti fl-arja, fl-ilma jew fl-art, li l-impatt ikkombinat tagħhom fuq dawk il-mezzi jista’ jkun sinifikanti, u li għalihom ma huwiex prattiku li jinġabru rapporti minn kull sors individwali;

Artikolu 3 (13)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali, jew kwalunkwe korp kompetenti jew aktar, maħtura mill-Istati Membri;

Artikolu 3 (14)

“skart perikoluż” tfisser skart perikoluż kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (2) tad-Direttiva 2008/98/KE;

Artikolu 3 (15)

“operazzjoni ta’ rkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE;

Artikolu 3 (16)

“operazzjoni ta’ rimi” tfisser kwalunkwe operazzjoni msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE;

Artikolu 3 (17)

“sena tar-rapportar” tfisser is-sena kalendarja li għaliha trid tinġabar id-data;

Artikolu 3 (18)

“akkwakultura” tfisser akkwakultura kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewrope u tal-Kunsill (26);

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1244
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.