+Artikolu 15 Emendi għall-Annessi
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3

Artikolu 15 Emendi għall-Annessi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament sabiex temenda l-Anness I tiegħu sabiex jiġi allinjat mal-Protokoll wara l-adozzjoni ta’ kwalunkwe emenda għall-annessi tiegħu

Artikolu 15 2

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda l-Anness II għal fini wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

sabiex jiżdied inkwinant, meta r-rilaxx ta’ dak l-inkwinant fl-arja, fl-ilma jew fl-art ikollu, jew jista’ jkollu, impatt avvers fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż inkwinant li jiġi rilaxxat mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, u li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-inkwinant jiġi ddeżinjat bħala sustanza koperta minn entrata fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew minn restrizzjoni li tinsab fl-Anness XVII ta’ dak ir-Regolment;

(ii)

l-inkwinant jiġi ddeżinjat bħala sustanza prijoritarja skont id-Direttiva 2000/60/KE jew 2008/105/KE;

(iii)

l-inkwinant jiġi nkluż fil-listi ta’ sorveljanza stabbiliti fil-qafas tad-Direttiva 2006/118/KE jew 2008/105/KE jew id-Direttiva (UE) 2020/2184;

(iv)

l-inkwinant jiġi soġġett għal valuri ta’ limitu jew għal restrizzjonijiet oħra skont id-Direttivi 2004/107/KE, 2006/118/KE, 2008/50/KE or (UE) 2020/2184;

(b)

sabiex jiġu stabbiliti u aġġornati l-livelli limitu għar-rilaxx tal-inkwinanti sabiex jintlaħaq l-għan li jinqabdu mill-inqas 90 % tar-rilaxx ta’ kull inkwinant fl-arja, fl-ilma u fl-art mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, inklużi l-livelli limitu ta’ żero għal sustanzi li jikkostitwixxu periklu partikolarment għoli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;

(c)

sabiex jiżdied jew jitneħħa inkwinant u, fejn meħtieġ, jiġi emendat livell limitu applikabbli sabiex l-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiġi allinjat mal-Protokoll;

(d)

sabiex jitneħħa inkwinant li ma għadhux deżinjat bħala sustanza prijoritarja kif imsemmi fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu jew li tneħħa mil-listi ta’ sorveljanza msemmija fil-punt (a)(iii) tiegħu.

Artikolu 15 3

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat b’mod konformi mal-Artikolu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati addizzjonali wara dik id-data b’mod konformi mal-paragrafu 2.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1244
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.