|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-istadji differenti tal-katina tal-valur tal-materja prima strateġika permezz tal-miżuri previsti f’dan il-Kapitolu sabiex:
(a)
jiżguraw li, sal-2030, il-kapaċitajiet tal-Unjoni għal kull materja prima strateġika jkunu żdiedu b’mod sinifikanti u biex, b’mod ġenerali, il-kapaċità tal-Unjoni toqrob lejn il-parametri referenzjarji li ġejjin jew tilħaqhom:
(i)
il-kapaċità tal-estrazzjoni tal-Unjoni tkun kapaċi testratta l-minerali jew il-konċentrati meħtieġa biex tipproduċi mill-inqas 10 % tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, safejn possibbli fid-dawl tar-riżervi tal-Unjoni;
(ii)
il-kapaċità tal-ipproċessar tal-Unjoni, inkluż għall-istadji intermedji kollha tal-ipproċessar, tkun kapaċi tipproduċi mill-inqas 40 % tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika;
(iii)
il-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni, inkluż għall-istadji intermedji kollha tar-riċiklaġġ, tkun kapaċi tipproduċi mill-inqas 25 % tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika u tkun kapaċi tirriċikla b’mod sinifikanti ammonti dejjem jikbru ta’ kull materja prima strateġika mill-iskart.
(b)
jiddiversifikaw l-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-materja prima strateġika biex jiġi żgurat li l-konsum annwali tal-Unjoni sal-2030 ta’ kull materja prima strateġika fi kwalunkwe stadju rilevanti tal-ipproċessar ikun jista’ jistrieħ fuq importazzjonijiet minn diversi pajjiżi terzi jew minn pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej (PTEEs) u li l-ebda pajjiżi terz ma jipprovdi aktar minn 65 % tal-konsum annwali tal-Unjoni ta’ tali materja prima strateġika; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|