+Artikolu 5
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
|
Artikolu 5
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-istadji differenti tal-katina tal-valur tal-materja prima strateġika permezz tal-miżuri previsti f’dan il-Kapitolu sabiex:
(a)
jiżguraw li, sal-2030, il-kapaċitajiet tal-Unjoni għal kull materja prima strateġika jkunu żdiedu b’mod sinifikanti u biex, b’mod ġenerali, il-kapaċità tal-Unjoni toqrob lejn il-parametri referenzjarji li ġejjin jew tilħaqhom:
(i)
il-kapaċità tal-estrazzjoni tal-Unjoni tkun kapaċi testratta l-minerali jew il-konċentrati meħtieġa biex tipproduċi mill-inqas 10 % tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, safejn possibbli fid-dawl tar-riżervi tal-Unjoni;
(ii)
il-kapaċità tal-ipproċessar tal-Unjoni, inkluż għall-istadji intermedji kollha tal-ipproċessar, tkun kapaċi tipproduċi mill-inqas 40 % tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika;
(iii)
il-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni, inkluż għall-istadji intermedji kollha tar-riċiklaġġ, tkun kapaċi tipproduċi mill-inqas 25 % tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika u tkun kapaċi tirriċikla b’mod sinifikanti ammonti dejjem jikbru ta’ kull materja prima strateġika mill-iskart.
(b)
jiddiversifikaw l-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-materja prima strateġika biex jiġi żgurat li l-konsum annwali tal-Unjoni sal-2030 ta’ kull materja prima strateġika fi kwalunkwe stadju rilevanti tal-ipproċessar ikun jista’ jistrieħ fuq importazzjonijiet minn diversi pajjiżi terzi jew minn pajjiżi jew territorji ekstra-Ewropej (PTEEs) u li l-ebda pajjiżi terz ma jipprovdi aktar minn 65 % tal-konsum annwali tal-Unjoni ta’ tali materja prima strateġika;
|
|
Artikolu 5 2.
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi biex jinċentivaw il-progress teknoloġiku u l-effiċjenza fir-riżorsi sabiex jimmoderaw iż-żieda mistennija fil-konsum tal-Unjoni tal-materja prima kritika taħt il-projezzjoni ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 44(1) permezz tal-miżuri rilevanti stabbiliti f’din it-Taqsima u fil-Kapitolu 5, it-Taqsima 1.
|
|
Artikolu 5 3.
|
Sal-1 ta’ Jannar 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi jiġu pprovduti parametri referenzjarji tal-kapaċità ta’ riċiklaġġ tal-Unjoni espressi bħala sehem tal-materja prima strateġika disponibbli fil-flussi ta’ skart rilevanti. L-atti delegati adottati skont l-ewwel subparagrafu għandhom jispeċifikaw il-flussi tal-iskart u l-materja prima strateġika fi ħdanhom li għalihom biżżejjed informazzjoni dwar il-volumi ta’ skart rilevanti u l-kontenut tal-materja prima strateġika tagħhom tkun disponibbli abbażi tar-rekwiżiti ta’ rapportar tar-Regolament (UE) 2023/1542, id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), id-Direttiva 2008/98/KE u d-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
2
), biex jippermettu l-istima tal-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni bħala sehem tal-materja prima strateġika li tinsab fil-flussi tal-iskart rilevanti. L-atti delegati adotatti skont l-ewwel subparagrafu għandhom jistabbilixxi parametru referenzjarju tal-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni bbażat fuq il-kapaċità tar-riċiklaġġ għal kull materja prima strateġika fil-flussi tal-iskart rilevanti identifikati skont it-tieni subparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-parametru referenzjarju talkapaċità tar-riċiklaġġ imsemmi fit-tielet subparagrafu abbażi tal-elementi li ġejjin:
(a)
il-kapaċità attwali tar-riċiklaġġ tal-Unjoni espressa bħala sehem tal-materja prima strateġika disponibbli fil-flussi tal-iskart rilevanti;
(b)
il-punt sa fejn dik il-materja prima strateġika tista’ tiġi rkuprata minn dawk il-flussi tal-iskart rilevanti, b’kont meħud tal-fattibbiltà teknoloġika u ekonomika;
(c)
miri stabbiliti f’atti legali tal-Unjoni oħra rilevanti għall-irkupru tal-materja prima strateġika mill-iskart.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 38 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġorna l-atti delegati adottati skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jekk, b’riżultat tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 48(2), l-informazzjoni dwar il-volumi ta’ skart rilevanti u l-kontenut tal-materja prima strateġika tal-flussi ta’ skart ulterjuri ssir disponibbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|