+Artikolu 23
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
---+Artikolu 23 8.
|
Artikolu 23
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Sal-24 ta’ Mejju 2026 u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 22(1), taqsam mal-Bord:
(a)
abbozz ta’ parametru referenzjarju li jindika livell sikur tal-istokkijiet strateġiċi tal-Unjoni ta’ kull materja prima strateġika, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;
(b)
paragun tal-livell ġenerali tal-istokkijiet strateġiċi tal-Unjoni għal kull materja prima strateġika u l-abbozz tal-parametru referenzjarju msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu;
(c)
informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà transfruntiera potenzjali tal-istokkijiet strateġiċi, fid-dawl tar-regoli jew tal-proċeduri għar-rilaxx, l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-Bord, għandha tadotta parametru referenzjarju li jindika livell sikur tal-istokkijiet strateġiċi tal-Unjoni ta’ materja prima strateġika. Dak il-parametru referenzjarju għandu:
(a)
jiġi espress bħala l-ammont ta’ materja prima strateġika meħtieġ biex ikopri ammont tal-jiem ta’ importazzjonijiet netti medji ta’ kuljum fil-każ ta’ tfixkil fil-provvista, ikkalkulat abbażi tal-ammont ta’ importazzjonijiet tul is-sena kalendarja preċedenti;
(b)
iqis l-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar stokkijiet strateġiċi miżmuma minn operaturi privati;
(c)
ikun proporzjonat għar-riskju tal-provvista u għall-importanza ekonomika assoċjati mal-materja prima strateġika rilevanti.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Il-Kummissjoni tista’, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-Bord, toħroġ opinjonijiet indirizzati lill-Istati Membri:
(a)
biex iżidu l-livell tal-istokkijiet strateġiċi, u fejn applikabbli l-kapaċitajiet tal-produzzjoni, filwaqt li jqisu l-paragun imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), id-distribuzzjoni relattiva tal-istokkijiet strateġiċi eżistenti fost l-Istati Membri u l-konsum tal-materja prima strateġika mill-operaturi ekonomiċi fit-territorji rispettivi tal-Istati Membri;
(b)
biex jemendaw jew jikkoordinaw ir-regoli jew il-proċeduri għar-rilaxx, l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istokkijiet strateġiċi biex tittejjeb l-aċċessibbiltà transfruntiera potenzjali, b’mod partikolari fejn meħtieġ għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji strateġiċi.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Fit-tħejjija tal-opinjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni u l-Bord għandhom jagħtu piż partikolari lill-ħtieġa li jinżammu u jiġu promossi inċentivi għall-operaturi privati, li jiddependu fuq il-materja prima strateġika bħala inputs, biex jikkostitwixxu l-istokkijiet strateġiċi proprji tagħhom jew biex jieħdu miżuri oħra li jimmaniġġjaw l-esponiment tagħhom għar-riskji tal-provvista.
|
|
Artikolu 23 5.
|
L-Istati Membri għandhom, fir-rapporti tagħhom sottomessi skont l-Artikolu 45, jipprovdu informazzjoni dwar jekk u kif ikunu implimentaw jew ikun beħsiebhom jimplimentaw l-opinjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 23 6.
|
Qabel il-parteċipazzjoni ta’ mill-anqas żewġ Stati Membri f’fora internazzjonali jew multilaterali fl-oqsma tal-istokkijiet strateġiċi tal-materja prima strateġika, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni minn qabel bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni jew permezz ta’ laqgħa apposta tal-Bord.
|
|
Artikolu 23 7.
|
Id-data miġbura dwar l-istokkijiet strateġiċi disponibbli għall-Unjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni lill-korpi ta’ governanza tal-Unjoni responsabbli għall-mekkaniżmi ta’ viġilanza għall-kriżijiet jew ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet li jkopru l-materja prima strateġika rilevanti.
|
|
Artikolu 23 8.
|
La dan l-Artikolu u lanqas l-Artikolu 22 ma għandhom jimponu obbligu fuq Stati Membri li jżommu jew li jirrilaxxaw stokkijiet strateġiċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|