+Artikolu 25
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
---+Artikolu 25 8.
---+Artikolu 25 9.
---+Artikolu 25 10.
|
Artikolu 25
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera sistema li taggrega d-domanda tal-impriżi interessati li jikkonsmaw materja prima strateġika stabbilita fl-Unjoni u li tfittex offerti mingħand il-fornituri biex tissodisfa dik id-domanda aggregata. Din għandha tkopri l-materja prima strateġika mhux ipproċessata u anki ipproċessata.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Qabel ma tiġi stabbiliti s-sistema msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Bord, twettaq valutazzjoni tal-impatt mistenni tas-sistema fuq is-suq għal kull materja prima strateġika bil-ħsieb li tevita kwalunkwe impatt sproporzjonat fuq il-kompetizzjoni tas-suq intern.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, meta tiġi stabbilita u tibda titħaddem is-sistema msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha:
(a)
tagħżel għal liema materja prima strateġika u f’liema stadju tal-ipproċessar tista’ tintuża s-sistema, filwaqt li jitqies ir-riskju relattiv tal-provvista tal-materja prima strateġika differenti;
(b)
tistabbilixxi ammonti minimi tal-materja prima strateġika mitluba għall-parteċipazzjoni fis-sistema, filwaqt li jitqies l-għadd mistenni ta’ parteċipanti interessati u l-ħtieġa li jkun żgurat numru maniġġabbli ta’ parteċipanti, u filwaqt li jittieħed kont tal-ħtiġijiet tal-SMEs.
|
|
Artikolu 25 4.
|
Il-parteċipazzjoni fis-sistema msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b), għandha tkun miftuħa u trasparenti għall-impriżi interessati kollha stabbiliti fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 25 5.
|
L-impriżi tal-Unjoni li jipparteċipaw fis-sistema msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinnegozjaw b’mod trasparenti u b’mod konġunt ix-xiri, inkluż il-prezzijiet jew termini u kundizzjonijiet oħra tal-ftehim tax-xiri jew jużaw xiri konġunt biex jiksbu kundizzjonijiet aħjar mal-fornituri tagħhom jew biex jipprevjenu l-iskarsezzi. L-impriżi parteċipanti tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, inkluż mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 25 6.
|
L-entitajiet għandhom jiġu esklużi milli jipparteċipaw fl-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt kif ukoll milli jipparteċipaw bħala fornituri jew bħala fornituri tas-servizzi jekk ikunu:
(a)
fil-mira ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 215 tat-TFUE;
(b)
sidien jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-mira ta’ tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew li jaġixxu f’isimhom jew bid-direzzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 25 7.
|
B’deroga mill-Artikolu 176 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
), il-Kummissjoni għandha tikkuntratta s-servizzi meħtieġa ta’ entità stabbilita fl-Unjoni bi proċedura tal-akkwist skont dak ir-Regolament, li taġixxi bħala fornitur tas-servizzi biex tistabbilixxi u tħaddem is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-fornitur tas-servizzi magħżul ma għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess.
|
|
Artikolu 25 8.
|
Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kompiti fil-kuntratt tas-servizz li għandu jagħti l-fornitur tas-servizzi, inkluż l-allokazzjoni tad-domanda, l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess għall-provvista, ir-reġistrazzjoni u l-verifika tal-parteċipanti kollha, il-pubblikazzjoni u r-rappurtar tal-attivitajiet u kull kompitu ieħor meħtieġ biex tiġi stabbilita u titħaddem is-sistema msemmija fil-paragrafu 1. Il-kuntratt tas-servizz għandu jittratta wkoll l-arranġamenti prattiċi relatati mal-operat tal-fornitur tas-servizzi, inkluż l-użu tal-għodda tal-IT, il-miżuri tas-sigurtà, il-munita/i, ir-reġim tal-pagament, u l-obbligazzjonijiet.
|
|
Artikolu 25 9.
|
Il-kuntratt tas-servizz mal-fornitur tas-servizzi għandu jirriżerva d-dritt għall-Kummissjoni li timmonitorjah u tawditjah. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess sħiħ għall-informazzjoni miżmuma mill-fornitur tas-servizzi fir-rigward tal-kuntratt. Is-servers u l-informazzjoni kollha għandhom jinsabu u jinħażnu fiżikament fit-territorju tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 25 10.
|
Il-kuntratt tas-servizz mal-fornitur tas-servizzi għandu jiddetermina s-sjieda tal-informazzjoni miksuba mill-fornitur tas-servizzi, u għandu jipprevedi t-trasferiment possibbli ta’ dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni malli jintemm jew jiskadi l-kuntratt tas-servizz.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|