+Artikolu 26
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
|
Artikolu 26
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Kull Stat Membru għandu sa sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 7, jadotta u jimplimenta, jew jinkludi fi, programmi nazzjonali li jkun fihom miżuri mfassla biex:
(a)
jinċentivaw il-progress teknoloġiku u l-effiċjenza fir-riżorsi sabiex jimmoderaw iż-żieda mistennija fil-konsum tal-Unjoni tal-materja prima kritika;
(b)
jippromwovu l-prevenzjoni tal-iskart u ż-żieda fl-użu mill-ġdid u t-tiswija tal-prodotti u l-komponenti mal-potenzjal tal-irkupru tal-materja prima kritika rilevanti;
(c)
iżidu l-ġbir, is-separazzjoni u l-ipproċessar tal-iskart b’potenzjal rilevanti ta’ rkupru tal-materja prima kritika, inkluż ir-ruttam tal-metall, u jiżguraw l-introduzzjoni tagħhom fis-sistema tar-riċiklaġġ xierqa, biex jiġu massimizzati d-disponibbiltà u l-kwalità tal-materjal riċiklabbli bħala input għall-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-materja prima kritika;
(d)
iżidu l-użu tal-materja prima kritika sekondarja, inkluż, permezz ta’ miżuri bħal meta jitqies il-kontenut riċiklat fil-kriterji tal-għoti relatati mal-akkwist pubbliku jew l-inċentivi finanzjarji għall-użu tal-materja prima kritika sekondarja;
(e)
iżidu l-maturità teknoloġika tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ tal-materja prima kritika u jippromwovu d-disinn ċirkolari, l-effiċjenza tal-materjali u s-sostituzzjoni tal-materja prima kritika fil-prodotti u l-applikazzjonijiet, mill-inqas billi jiġu inklużi azzjonijiet ta’ appoġġ għal dak il-għan fil-programmi nazzjonali tar-riċerka u tal-innovazzjoni;
(f)
jiżguraw li jkun hemm miżuri fis-seħħ biex il-forza tax-xogħol tagħhom ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex jappoġġaw iċ-ċirkolarità tal-katina tal-valur tal-materja prima kritika, inkluż miżuri dwar it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid;
(g)
fejn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jitħallsu mill-produttur f’konformità mal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur tiegħu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/98/KE, jippromwovu l-modulazzjoni ta’ tali kontribuzzjonijiet finanzjarji biex jinċentivaw sehem akbar tal-materja prima kritika sekondarja rikoverata mill-iskart, riċiklat skont l-istandards ambjentali rilevanti tal-Unjoni, biex jinsab f’prodotti;
(h)
jieħdu miżuri neċessarji li jiżguraw li l-materja prima kritika li tiġi esportata wara li ma tibqax tkun ikkunsidrata skart tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE u liġijiet tal-Unjoni rilevanti oħra;
(i)
fejn ikun rilevanti, jappoġġaw l-użu tal-istandards tal-kwalità tal-Unjoni għall-proċessi ta’ riċiklaġġ tal-flussi tal-iskart li jkun fihom il-materja prima kritika.
|
|
Artikolu 26 2.
|
Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu integrati fi pjanijiet ta’ mmaniġġjar ġodda jew eżistenti għall-immaniġġjar tal-iskart u programmi għall-prevenzjoni tal-iskart adottati skont l-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2008/98/KE. Il-programmi nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rieżaminati fi żmien ħames snin mill-adozzjoni tagħhom u aġġornati jekk ikun meħtieġ.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru b’mod partikolari l-prodotti u l-iskart li mhumiex soġġetti għal xi rekwiżit speċifiku dwar il-ġbir, it-trattament, ir-riċiklaġġ jew l-użu mill-ġdid skont il-liġi tal-Unjoni. Għal prodotti u skart oħrajn, il-miżuri għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. Fir-rigward tal-paragrafu 1, il-punti (b), (c) u (d), il-programmi msemmija f’dawk il-punti jistgħu jinkludu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, l-introduzzjoni ta’ inċentivi finanzjarji, bħal skontijiet, għotjiet monetarji jew sistemi tar-rifużjoni tad-depożiti, biex iħeġġu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u l-użu mill-ġdid tal-prodotti b’potenzjal rilevanti ta’ rkupru tal-materja prima kritika, u l-ġbir u t-trattament tal-iskart minn tali prodotti.
|
|
Artikolu 26 4.
|
Il-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitfasslu bil-ħsieb li jevitaw l-ostakli għall-kummerċ u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni f’konformità mat-TFUE.
|
|
Artikolu 26 5.
|
L-Istati Membri għandhom jidentifikaw separatament, u jirrappurtaw, il-kwantitajiet tal-komponenti li fihom ammonti rilevanti tal-materja prima kritika minn skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku u l-kwantitajiet tal-materja prima kritika rkuprata minn tali skart. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-format u d-dettalji ta’ tali rappurtar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3). L-ewwel perjodu tar-rapportar għandu jkopri l-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni. L-Istati Membri għandhom jissottomettu dik id-data meta jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data dwar il-kwantitajiet ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku riċiklat skont l-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2012/19/UE.
|
|
Artikolu 26 6.
|
L-Istati Membri għandhom, fir-rapporti tagħhom sottomessi skont l-Artikolu 45, jipprovdu informazzjoni dwar l-adozzjoni tal-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikilu u dwar il-progress fl-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 26 7.
|
Sal-24 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw lista ta’ prodotti, komponenti u flussi tal-iskart li jridu mill-inqas jitqiesu bħala li għandhom potenzjal qawwi ta’ rkupru tal-materja prima kritika rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c). Fit-tfassil ta’ dik il-lista, il-Kummissjoni għandha tqis:
(a)
l-ammont totali tal-materja prima kritika li tista’ tiġi rkuprata minn dawk il-prodotti, komponenti u flussi tal-iskart;
(b)
il-punt sa fejn dawk il-prodotti, komponenti u flussi tal-iskart huma koperti mil-liġi tal-Unjoni;
(d)
l-isfidi partikolari li jaffettwaw il-ġbir u t-trattament tal-iskart ta’ prodotti, komponenti u flussi tal-iskart;
(e)
is-sistemi eżistenti tal-ġbir u tat-trattament tal-iskart li japplikaw għal prodotti, komponenti u flussi tal-iskart.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|