|
+Artikolu 26 7. |
Artikolu 26 7.Sal-24 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw lista ta’ prodotti, komponenti u flussi tal-iskart li jridu mill-inqas jitqiesu bħala li għandhom potenzjal qawwi ta’ rkupru tal-materja prima kritika rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c). Fit-tfassil ta’ dik il-lista, il-Kummissjoni għandha tqis:
(a)
l-ammont totali tal-materja prima kritika li tista’ tiġi rkuprata minn dawk il-prodotti, komponenti u flussi tal-iskart;
(b)
il-punt sa fejn dawk il-prodotti, komponenti u flussi tal-iskart huma koperti mil-liġi tal-Unjoni;
(c)
il-lakuni regolatorji;
(d)
l-isfidi partikolari li jaffettwaw il-ġbir u t-trattament tal-iskart ta’ prodotti, komponenti u flussi tal-iskart;
(e)
is-sistemi eżistenti tal-ġbir u tat-trattament tal-iskart li japplikaw għal prodotti, komponenti u flussi tal-iskart. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|