+Artikolu 27
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
---+Artikolu 27 6.
---+Artikolu 27 7.
---+Artikolu 27 8.

Artikolu 27

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.

L-operaturi obbligati jfasslu pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/21/KE għandhom jipprovdu studju preliminari lill-awtorità kompetenti, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (27), ta’ dik id-Direttiva, ta’ valutazzjoni ekonomika dwar l-irkupru potenzjali tal-materja prima kritika, minn:

(a) 

l-iskart tal-estrazzjoni maħżun fil-faċilità; kif ukoll

(b) 

l-iskart tal-estrazzjoni li jkun qed jiġi ġġenerat jew, meta jitqies aktar effettiv, mill-volum estratt qabel ma jsir skart.

L-operaturi għandhom jiġu eżentati mill-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fejn jistgħu juru lill-awtorità kompetenti, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (27), tad-Direttiva 2006/21/KE, bi grad għoli ta’ ċertezza, li l-iskart tal-estrazzjoni ma jkunx fih materja prima kritika li hija teknikament rikoverabbli.

Artikolu 27 2.
L-istudju msemmi fil-paragrafu 1 għandu mill-inqas jinkludi stima tal-kwantitajiet u tal-konċentrazzjonijiet tal-materja prima kritika li tinsab fl-iskart tal-estrazzjoni u fil-volum estratt u valutazzjoni tal-irkupru tekniku u ekonomiku tagħhom. L-operaturi għandhom jispeċifikaw il-metodi użati biex jagħtu stima ta’ dawk il-kwantitajiet u l-konċentrazzjonijiet.
Artikolu 27 3.
Sal-24 ta’ Novembru 2026, l-operaturi tal-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni għandhom jissottomettu l-istudju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 3, punt (27), tad-Direttiva 2006/21/KE. L-operaturi tal-faċilitajiet ġodda tal-iskart tal-estrazzjoni għandhom jissottomettu dak l-istudju lill-awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 3, punt (27), tad-Direttiva 2006/21/KE meta jissottomettu l-pjanijiet tagħhom tal-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 27 4.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażi tad-data tal-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni magħluqa li hemm fuq it-territorju tagħhom, inkluż il-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni abbandunati, ħlief faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni magħluqa fejn il-karatteristiċi partikolari tas-siti tal-iskart jew il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi jagħmlu l-preżenza ta’ kwantitajiet potenzjalment teknikament rekuperabbli ta’ materja prima kritika improbabbli. Dik il-bażi tad-data għandu jkun fiha informazzjoni dwar:

(a) 

il-post, il-firxa taż-żona u l-volum tal-iskart, jew meta xieraq, il-volum stmat, tal-faċilità tal-iskart tal-estrazzjoni;

(b) 

l-operatur jew l-operatur preċedenti tal-faċilità tal-iskart tal-estrazzjoni u, fejn applikabbli, is-suċċessur legali tagħhom;

(c) 

il-kwantitajiet u l-konċentrazzjonijiet approssimattivi tal-materja prima kollha li tinsab fl-iskart tal-estrazzjoni u, meta disponibbli, fid-depożitu minerali oriġinali, f’konformità mal-paragrafu 7;

(d) 

kull informazzjoni oħra meqjusa rilevanti mill-Istat Membru biex tippermetti l-irkupru tal-materja prima kritika minn faċilità tal-iskart tal-estrazzjoni.

Artikolu 27 5.
Sal-24 ta’ Novembru 2027, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw miżuri biex jippromwovu l-irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni, b’mod partikolari mill-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni magħluqa identifikati fil-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 4 bħala li fihom materja prima kritika li potenzjalment tista’ tiġi rkuprata ekonomikament.
Artikolu 27 6.
Il-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi stabbilita sal- ►C1  24 ta’ Novembru 2025 ◄ u l-informazzjoni kollha għandha tkun introdotta f’dik il-bażi tad-data sal-24 ta’ Mejju 2027. Għandha tkun disponibbli b’format aċċessibbli għall-pubbliku u diġitali u għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull tliet snin biex tkun tinkludi informazzjoni addizzjonali disponibbli u l-faċilitajiet li jkun għadhom kif ingħalqu jew kif ġew identifikati.
Artikolu 27 7.

Biex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (c), l-Istati Membri għandhom iwettqu mill-inqas l-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

għall-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni magħluqin, l-Istati Membri għandhom, sal- ►C1  24 ta’ Novembru 2025 ◄ , jirrieżaminaw b’mod komprensiv il-fajls tal-permessi disponibbli, jew dokumentazzjoni disponibbli oħra meta l-fajls tal-permessi ma jeżistux;

(b) 

għal dawk il-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni fejn l-informazzjoni disponibbli tista’ tindika l-preżenza ta’ kwantitajiet potenzjalment rekuperabbli ekonomikament ta’ materja prima kritika, l-Istati Membri għandhom, sal-24 ta’ Mejju 2026 iwettqu wkoll kampjunar ġeokimiku rappreżentattiv;

(c) 

għal dawk il-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni fejn l-attivitajiet deskritti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu jkunu indikaw kwantitajiet potenzjalment rekuperabbli ekonomikament ta’ materja prima kritika, l-Istati Membri għandhom, sal-24 ta’ Marzu 2027, iwettqu wkoll, kampjunar aktar dettaljat b’karatterizzazzjoni kimika u mineraloġika sussegwenti li tinvolvi core-logging jew tekniki ekwivalenti, meta dan ikun favur l-ambjent f’konformità mar-rekwiżiti ambjentali applikabbli fil-livell tal-Unjoni u mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/21/KE meta rilevanti.

Artikolu 27 8.
L-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 7 għandhom isiru fil-limiti tas-sistemi legali nazzjonali relatati mar-riżorsi minerali, mal-iskart, mad-drittijiet tal-proprjetà, mas-sjieda tal-art, l-impatti fuq l-ambjent u fuq is-saħħa u kull dispożizzjoni rilevanti oħra. Meta tali fatturi jxekklu l-attivitajiet, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ifittxu l-kooperazzjoni tal-operatur jew tas-sid tal-faċilità tal-iskart tal-estrazzjoni. Ir-riżultati tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 7 għandhom ikunu aċċessibbli bħala parti mill-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 4. Meta possibbli, l-Istati Membri għandhom jinkludu klassifikazzjoni fil-bażi tad-data tal-faċilitajiet magħluqa tal-iskart tal-estrazzjoni skont il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.