+Artikolu 30
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.
---+Artikolu 30 9.

Artikolu 30

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Il-gvernijiet, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u r-raggruppamenti tal-organizzazzjonijiet interessati li żviluppaw u jissorveljaw l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni relatati mas-sostenibbiltà tal-materja prima kritika (“sidien tal-iskemi”) jistgħu japplikaw biex l-iskemi tagħhom jiġu rikonoxxuti mill-Kummissjoni.

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun fihom kull evidenza rilevanti relatata mal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV.

Sal-24 ta’ Mejju 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika mudell uniku li għandu jintuża mis-sidien tal-iskema biex jipprovdi l-informazzjoni minima li għandu jkun fihom l-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).

Il-punt sa fejn tkun meħtieġa d-dokumentazzjoni biex jimtela l-mudell uniku msemmi fit-tielet subparagrafu għandu jkun raġonevoli.

Artikolu 30 2.
Meta, abbażi tal-evidenza pprovduta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tiddetermina li skema ta’ ċertifikazzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness IV, jew subsett tiegħu, għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrikonoxxu dik l-iskema u li jispeċifikaw il-kopertura rikonoxxuta tal-iskema. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).
Artikolu 30 3.

Il-kopertura rikonoxxuta għal kull skema għandha tiġi speċifikata skont id-dimensjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istadji tal-katina tal-valur tal-materja prima koperti mill-iskema;

(b) 

l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ proġett, inkluż qabel, matul u wara l-għeluq, li huma koperti mill-iskema; kif ukoll

(c) 

id-dimensjonijiet tas-sostenibbiltà u l-kategoriji tar-riskju ambjentali elenkati fl-Anness IV, il-punt (2), li huma indirizzati mill-iskema.

Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV, il-punt 1(a) sa (d)għandhom ikunu prerekwiżit għal kwalunkwe rikonoxximent tal-iskema.

Artikolu 30 4.
Il-Kummissjoni għandha tivverifika, mill-inqas kull tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta' kwalunkwe att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 2, li l-iskema tkompli tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness IV, jew subsett rikonoxxut ta’ dawk il-kriterji.
Artikolu 30 5.
Is-sidien tal-iskemi rikonoxxuti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull bidla jew aġġornament relatati mal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV, jew ta’ subsett rikonoxxut ta’ dawk il-kriterji, li jsiru fl-iskemi rikonoxxuti. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-bidliet jew l-aġġornamenti jaffettwawx il-bażi għar-rikonoxximent u tieħu azzjoni xierqa.
Artikolu 30 6.
Jekk ikun hemm evidenza ta’ każijiet ripetuti jew sinifikanti meta l-operaturi ekonomiċi li jimplimentaw skema rikonoxxuta jkunu naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dik l-iskema, il-Kummissjoni għandha teżamina, b’konsultazzjoni mas-sid tal-iskema rikonoxxuta, jekk dawk il-każijiet jindikawx defiċjenzi fl-iskema li jaffettwaw il-bażi għar-rikonoxximent u tieħu azzjoni xierqa.
Artikolu 30 7.
Meta l-Kummissjoni tidentifika defiċjenzi fi skema rikonoxxuta li jaffettwaw il-bażi għar-rikonoxximent, din tista’ tagħti lis-sid tal-iskema perjodu ta’ żmien xieraq, ta’ mhux aktar minn 12 xahar, biex jieħu azzjoni ta’ rimedju.
Artikolu 30 8.
Meta s-sid tal-iskema jonqos jew jirrifjuta li jieħu l-azzjoni ta’ rimedju meħtieġa u meta l-Kummissjoni tkun sabet li d-defiċjenzi msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu jfissru li l-iskema ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness IV, jew tas-subsett rikonoxxut ta’ dawk il-kriterji, il-Kummissjoni għandha tirtira r-rikonoxximent tal-iskema permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).
Artikolu 30 9.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru tal-iskemi rikonoxxuti u żżommu aġġornat. Dak ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu. Is-sit web għandu jippermetti wkoll il-ġbir tar-rispons mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha rigward l-implimentazzjoni tal-iskemi rikonoxxuti. Tali rispons għandu jiġi sottomess lis-sidien tal-iskema rilevanti għall-kunsiderazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1252
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.