|
+Artikolu 30 1. |
Artikolu 30 1.Il-gvernijiet, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija u r-raggruppamenti tal-organizzazzjonijiet interessati li żviluppaw u jissorveljaw l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni relatati mas-sostenibbiltà tal-materja prima kritika (“sidien tal-iskemi”) jistgħu japplikaw biex l-iskemi tagħhom jiġu rikonoxxuti mill-Kummissjoni. L-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jkun fihom kull evidenza rilevanti relatata mal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Sal-24 ta’ Mejju 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika mudell uniku li għandu jintuża mis-sidien tal-iskema biex jipprovdi l-informazzjoni minima li għandu jkun fihom l-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3). Il-punt sa fejn tkun meħtieġa d-dokumentazzjoni biex jimtela l-mudell uniku msemmi fit-tielet subparagrafu għandu jkun raġonevoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|